Ministeru Pastorali

Għeluq tal-Assemblea Provinċjali Intermedja 2024

L-Assemblea Provinċjali Intermedja ġiet fi tmiemha permezz ta’ ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija bil-parteċipazzjoni ta’ numru sabih ta’ lajċi, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta. Il-Quddiesa li fiha ċċelebrajna l-liturġija tal-Festa tal-Konverżjoni ta’ Santu Wistin kienet preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt, filwaqt li l-Assistent Ġenerali P. Javier Perez Barba għamel l-omelija. Aktar kmieni waranofsinhar, l-aħwa nġabru fl-Awla Santu Wistin fil-Kunvent tal-Belt stess fejn inqraw l-Atti tal-Assemblea u ġew approvati. Imbagħad l-Assistent […]

Għeluq tal-Assemblea Provinċjali Intermedja 2024 Kompli aqra »

Tiftaħ l-Assemblea Provinċjali 2024

Permezz taċ-Ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Ispirtu s-Santu u l-kant tal-Veni Creator, dalgħodu fetħet l-Assemblea Provinċjali 2024 tal-aħwa Agostinjani Maltin fid-The Santa Rita Priory f’San Ġiljan. L-Assemblea qed tkun preseduta mill-Assietent Ġenerali P. Javier Perez Barba O.S.A. li ppresieda anke l-Ewkaristija ta’ dalgħodu. Aktar tard filgħodu l-aħwa nġabru fl-awla tal-kapitlu fejn infetħet l-ewwel sessjoni minn P. Frankie Cini M.S.S.P. li qasam mal-aħwa diversi riflessjonijiet marbuta mal-isfidi tal-ħajja konsagrata, tal-Knisja u s-soċjetà tallum, u

Tiftaħ l-Assemblea Provinċjali 2024 Kompli aqra »

Quddiesa f’jum il-Festa tal-Konverżjoni ta’ Santu Wistin – Stedina għal Kulħadd

Minn nhar it-Tnejn 22 sal-Erbgħa 24 ta’ April, l-aħwa Agostinjani tal-Provinċja Maltija ser jinġabru għall-Assemblea Provinċjali Intermedja fid-The Santa Rita Priory f’San Ġiljan. L-Assemblea hija mument li fih il-patrijiet jagħmlu evalwazzjoni tal-ħajja u l-ħidma tagħhom partikolarment fis-sentejn li għaddew u jiddiskutu l-l-isfidi ta’ llum u l-mixja ‘l quddiem. It-Tlitt ijiem tal-Assemblea jagħlqu permezz ta’ quddiesa nhar l-Erbgħa 24 ta’ April, Festa tal-Konverżjoni ta’ Santu Wistin fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin

Quddiesa f’jum il-Festa tal-Konverżjoni ta’ Santu Wistin – Stedina għal Kulħadd Kompli aqra »

Il-25 edizzjoni tal-Annual Saint Augustine Lecture ­ 2024

Ħidma prestiġjuża akkademika ta’ kull sena fl-Istitut Agostinjan hu l-Annual Saint Augustine Lecture. Il-lecture twaqqaf mill-Professur P. Salvinu Caruana, Agostinjan, fl-1998 ġewwa l-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta fuq xewqa u interess kbir mill-mibki Professur Dun Peter Serracino Inglott, Rettur tal-istess Università. L-ewwel lecture jinżamm fl-Università ta’ Malta, u l-ieħor imbagħad jinżamm fl-Istitut Agostinjan. Is-suġġett għal din is-sena akkademika tal-Istitut Agostinjan kien dwar l-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin ta’ Ippona. Ġie mistieden

Il-25 edizzjoni tal-Annual Saint Augustine Lecture ­ 2024 Kompli aqra »

Ħuna P. Noe Schiavone osa mar jiltaqa mal-Mulej li tant ħabb

Il-Provinċja Agostinjana Maltija b’sogħba kbira tħabbar il-mewt ta’ P. Noe Schiavone OSA li nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar 2024 mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb u qeda matul ħajtu. P. Noe dawn l-aħħar ġimgħat kien rikoverat fid-Dar tal-Kleru wara diversi snin fil-komunità tagħna tal-Belt. Bħala reliġjuż u saċerdot Agostinjan, P. Noe għex u serva f’diversi komunitajiet u għal tant snin kien għalliem fil-Kulleġġ Santu Wistin. Parti twila minn ħajtu għaddiha

Ħuna P. Noe Schiavone osa mar jiltaqa mal-Mulej li tant ħabb Kompli aqra »

Is-sena Akkademika fl-Istitut Agostinjan

Sena Akkademika 2024 (Jannar – Ġunju 2024)  L-Istqarrijiet ta’ S. Wistin u Il-Ħajja ta’ Wistin ta’  S. Possidju   Il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2024 (6.00 – 7.30pm) Ftuħ tas-Sena Akkademika 2024 Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija – Presjeduta mill-WR P. Leslie Gatt OSA   Daħla fil-qosor għas-Sena Akkademika 2024 – Prof. Salvinu Caruana OSA (Viċi-Pres./Direttur Ist.Agost.)   Il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar 2024 (6.00 – 7.00pm) Tnedija ta’ ktieb Wistin ta’ Ippona: Mixja ta’ ħajja

Is-sena Akkademika fl-Istitut Agostinjan Kompli aqra »

Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Fix-xahar ta’ Novembru ġiet iċċelebrata l-festa tradizzjonali ta’ San Martin fil-Baħrija. Fil-Knisja ġew organizzati diversi ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jilħqu diversi setturi ta’ din iż-żona pastorali. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet laħqu l-qofol tagħhom nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru permezz ta’ Quddiesa solenni u wara Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Martin fit-toroq tal-Baħrija. L-istatwa ċkejkna ta’ San Martin kienet inħadmet minn Ġużeppi Caruana fl-1945 u matul ix-xhur li għaddew ġiet irrestawrata mill-artist Aaron Camilleri Cauchi

Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Il-Kunvent u l-Knisja ta’ Santu Wistin fin-Notte Bianca

Is-Sibt 7 ta’ Ottubru, il-Komunita Agostinjana tal-Belt ħadet sehem fin-Notte Bianca li issa saret parti mill-Kalendarju annwali tal-Belt Kapitali permezz ta’ diversi inizjattivi. Fost dawn ta’ min isemmi il-wirja li ġiet imtella’ fl-okkażjoni tal-175 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ Santu Wistin fl-istess kuriduri li tant snin ilu servew bħala skola fil-Kunvent tal-Belt. Dak iż-żmien l-Iskola Santu Wistin kienet l-ewwel skola tal-Knisja bla ħlas għat-tfal Maltin. Diversi żgħażagħ minn Tagaste Youths li huma

Il-Kunvent u l-Knisja ta’ Santu Wistin fin-Notte Bianca Kompli aqra »

L-Agostinjani tar-Rabat fl-inizjattiva Rabat Sacrum

Bejn is-Sibt 23 ta’ Settembru u l-Ħadd 24 ta’ Settembru, il-Komunità Agostinjana tar-Rabat ħadet sehem fl-inizjattiva Rabat Sacrum li ġiet imtella mill-Kunsill Lokali tar-Rabat bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet ċivili u reliġjużi. L-idea tal-inizjattiva kienet l-ewwel u qabel xejn li tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex jaraw u japprezzaw it-teżori moħbija fl-Imqades Rabtin. Ma’ dan kien hemm anke diversi inizjattivi mużikali u kulturali li kkaratteriżżaw is-serata tas-Sibt. Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat għal din l-okkażjoni

L-Agostinjani tar-Rabat fl-inizjattiva Rabat Sacrum Kompli aqra »

Il-Komunità Kattolika Vjetnamiża f’Malta ċċelebraw l-ewwel Quddiesa tagħhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill, Paceville.

Il-Ħadd 10 ta’ Settembru l-Komunità Kattolika Vjetnamiża f’Malta ċċelebraw l-ewwel quddiesa tagħhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill, Paceville. Dan kien pass enormi għall-komunità żgħira Vjetnamiża li għadha kif ġiet stabbilita. Nittamaw li, fil-futur, din il-komunità tkun post fejn il-familji u ż-żgħażagħ Kattoliċi Vjetnamiżi kollha li jgħixu u jistudjaw Malta jiltaqgħu u jappoġġjaw lil xulxin biex jgħixu l-fidi u l-ħajja ta’ kuljum bħala wlied Alla ‘l bogħod mill-familji u l-pajjiż tagħhom. Nixtiequ

Il-Komunità Kattolika Vjetnamiża f’Malta ċċelebraw l-ewwel Quddiesa tagħhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill, Paceville. Kompli aqra »

Scroll to Top