Ministeru Pastorali

100 sena mill-mewt tal-Isqof Agostinjan Mons Giovanni Maria Camilleri

Nhar il-Ħamis 4 ta’ Diċembru tfakkar l-Isqof Agostinjan Mons Giovanni Maria Camilleri f’għeluq il-100 sena minn mewtu. L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma ippresieda quddiesa fil-Katidral ta’ Għawdex flimkien mar-reliġjużi Agostinjani u diversi saċerdoti oħra. L-Isqof Giovanni Maria serva d-Djoċesi ta’ Għawdex għal 35 sena, bejn l-1889 u l-1924. Huwa waqqaf tliet parroċċi, li huma San Lawrenz, Il-Fontana u l-Għasri u kkonsagra diversi knejjes, wara ħafna ħidma u taħbit qiegħed l-ewwel […]

100 sena mill-mewt tal-Isqof Agostinjan Mons Giovanni Maria Camilleri Kompli aqra »

P. Hilary Tagliaferro mogħti Dottorat Honoris Causa

P. Hilary Tagliaferro OSA, kien fost erba’ persuni li ngħataw Dottorat Honoris Causa mill-Universita’ ta’ Malta. Il-Konferiment tat-titlu sar f’Ċerimonja li saret fil-Bażilka ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u San Duminku fil-Belt Valletta. P. Hilary ġie mogħti d-dottorat fix-xjenzi soċjali b’apprezzament għal tant kontribut li ta matul ħajtu partikolarment fil-qasam soċjali. P. Hilary ilu reliġjuż Agostinjan għal aktar minn 70 sena. Matul ħajtu huwa ddistingwa lilu nnifsu partikolarment fil-kontribut li

P. Hilary Tagliaferro mogħti Dottorat Honoris Causa Kompli aqra »

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u l-Ħadd 9 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru bosta ċelebrazzjonijiet, fosthom attivitajiet sbieħ għat-tfal tal-lokal li matulhom kien hemm parteċipazzjoni mill-isbaħ. Is-Sibt filgħaxija imbagħad ġiet iċċelebrata quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt OSA, u wara ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li daret mat-toroq taċ-ċentru tar-raħal. Il-Ħadd 9 ta’ Novembru saret ukoll il-fiera tradizzjonali, avveniment

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Il-Lajċi Agostinjani jiċċelebraw il-Qaddisin kollha Agostinjani.

Nhar il-Ħamis 13 ta Novembru, il-lajċi li huma midħla tal-Agostinjani, flimkien mal-membri tal- Fraternità Agostinjana Sekulari, nġabru fil-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat biex jiċċelebraw il-festa tal-Qaddisin kollha Agostinjani. Waqt quddiesa mmexxija mill-Provinċjal P. Leslie Gatt osa, żewġ lajċi, Marcel Zammit Marmara u Maryanne Muscat għamlu l-wegħda lil Alla, biex ikunu membri fil-Fraternità Agostinjana Sekulari. Wara l- quddiesa l-Lajċi daħlu l-kunvent fejn kellhom mument soċjali flimkien. Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet

Il-Lajċi Agostinjani jiċċelebraw il-Qaddisin kollha Agostinjani. Kompli aqra »

P. Ġulju Bonniċi O.S.A. – L-aktar saċerdot anzjan f’Malta jagħlaq 100 sena

Nhar it-Tnejn 10 ta’ Novembru 2025, P. Ġulju Bonnici, Agostinjan, iċċelebra l-età sabiħa ta’ 100 sena. P. Ġulju Bonnici fil fatt huwa l-aktar saċerdot anzjan f’Malta. Ilu reliġjuż Agostinjan għal aktar minn 83 sena u saċerdot għal aktar minn 75 sena. Iċ-ċelebrazzjoni laħqet il-qofol tagħha permezz ta’ quddiesa preseduta mill-E.T. Mons Joseph Galea Curmi fil-kappella tad-dar tal-Kleru fejn P. Ġulju issa ilu rikoverat għal dawn l-aħħar erba’ snin. Għall-quddiesa kienu

P. Ġulju Bonniċi O.S.A. – L-aktar saċerdot anzjan f’Malta jagħlaq 100 sena Kompli aqra »

Żjara fil-Kunvent restawrat Santu Wistin, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis, 22 ta’ Ottubru 2025, grupp mill-Knisja Marija Omm tal-Parir it-Tajjeb, Paceville, żar il-Kunvent ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, li reċentement ġie inawgurat wara snin ta’ xogħlijiet estensivi ta’ konservazzjoni u restawr. Il-grupp intlaqa’ mill-membri tal-Komunità Agostinjana, li qasmu magħhom tagħrif dwar il-proġett u l-importanza kulturali u storika tiegħu. Ix-xogħol ta’ restawr kien jinkludi l-konservazzjoni tal-faċċati esterni u interni, ir-restawr tal-bitħa, skoperti arkeoloġiċi mill-Knisja tas-seklu 16, kif ukoll il-ħolqien

Żjara fil-Kunvent restawrat Santu Wistin, il-Belt Valletta Kompli aqra »

Il-Patri bit-Track Suit

Nhar it-Tnejn, 27 ta’ Ottubru, il-Millennium Chapel organizzat it-tnedija ta’ ktieb ġdid bl-isem “The Priest in a Tracksuit”, bijografija li tgħożż u tiċċelebra l-ħajja straordinarja ta’ Patri Hilary Tagliaferro osa. It-tnedija saret lejliet il-91 sena ta’ Patri Hilary u fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Millennium Chapel. Il-ktieb jiġbor fih kontribuzzjonijiet minn diversi nies li matul is-snin għarfu u għexu qrib Patri Hilary. Jiffoka fuq il-personalità unika tiegħu u fuq l-esperjenza pastorali u

Il-Patri bit-Track Suit Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni ta’ Diversi Festi fil-Kalendarju Agostinjan

Fil-ġimgħat li għaddew, partikolarment fl-aħħar jiem ta’ Awwissu u matul ix-xahar ta’ Settembru,  ġew iċċelebrati diversi festi fil-kalendarju Liturġiku Agostinjan. Dawn l-istess Festi jiġu ċċelebrati fil-knejjes Agostinjani fi ġranet differenti. Ewlenin fosthom huma l-festi ta’ Santu Wistin u tal-Madonna taċ-Ċintura li kienu ċċelebrati b’mod solenni fil-Knejjes Agostinjani tal-Belt Valletta u tar-Rabat f’Malta, u tal-Belt Victoria f’Għawdex. Fit-tliet knejjes tħejja programm ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi u fil-Belt Valletta u fir-Rabat Malta saru

Ċelebrazzjoni ta’ Diversi Festi fil-Kalendarju Agostinjan Kompli aqra »

Restawr tal-Kampnar tal-Knisja San Mark

Ftit tal-ġimgħat ilu tlesta r-restawr fuq il-kampnar imponenti tal-Knisja konventwali ta’ San Mark fir-Rabat. Il-Knisja ta’ San Mark tinsab propju fil-bidu tar-Rabat quddiem id-daħla tal-Imdina u d-dehra tiegħu tagħmel parti mill-Iskyline pittoreska tal-Belt l-Antika. Il-kampnar kien inbena  fl-1910 u issa wara 115-il sena, qed jingħata lura d-dehra eleganti u sabiħa tiegħu. Dan ir-restawr sar grazzi għall-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Minbarra r-restawr, ġiet installata ukoll sistema ġdida ta’ dawl ta’ konsum

Restawr tal-Kampnar tal-Knisja San Mark Kompli aqra »

P. Pierre Desira u P. Josef Sciberras – 25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali

Nhar it-Tnejn 1 ta’ Settembru ħabat il-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Patri Pierre Desira u Patri Josef Sciberras li kienu Ordnati Saċerdoti fis-sena 2000 fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mill-E.T. Mons Ġużeppi Mercieca flimkien ma diversi Saċerdoti oħra. Matul dawn il-25 sena huma servew il-familja Agostinjana u l-Knisja f’diversi ministeri kemm Malta u anke lilhinn minn xtutna. P. Pierre Desira ċċelebra quddiesa ta’ Radd il-Ħajr nhar is-Sibt 30 ta’ Awwissu fil-Knisja

P. Pierre Desira u P. Josef Sciberras – 25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali Kompli aqra »

Scroll to Top