Author name: Fr Terence Spiteri

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa Ix-xena tal-Madonna taħt is-salib (Ġw. 19:25), hija xena iebsa ta’ omm tassisti għall-mewt ta’ binha. Marija, taħt is-salib qed tbati mhux biss minħabba l-mewt inġusta ta’ binha, imma hija mħassba dwar kif setgħet tirrikonċilja dak li kienet għaddejja minnu, dak li qed tara quddiemha, u dak li kien jingħad fuq binha Ġesù li kellu jkun is-Salvatur tad-dinja. Il-kliem li Marija rċeviet […]

Id-Duluri ta’ Marija u r-realtà li għaddejjin minnha bħalissa Kompli aqra »

Ir-Randan tal-Coronavirus

Ir-Randan tal-Corona Virus Dan ir-Randan ser jibqa’ msemmi bħala ir-Randan tal-Corona Virus. Żmien li ġab ħafna inċertezzi. Qaleb il-ħajja tagħna ta’ taħt fuq. Affettwa x-xogħol tagħna, id-dħul finanzjarju tagħna, il-vjaġġi tagħna, kif ukoll ċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi tagħna. U ma nafux kemm ser indumu f’din is-sitwazzjoni! Hemm min staqsa jekk dan kollu kienx kastig ta’ Alla. Il-Lhud ta’ żmien Ġesu’ kienu jaħsbu hekk ukoll. Fil-vanġelu ta’ San Luqa (Lq 13,1-9), jissemmew żewġ

Ir-Randan tal-Coronavirus Kompli aqra »

Inkompli naqsam ħajti magħkom

Inkompli naqsam ħajti magħkom Meta kont tifel jien, bil-bombi niżlin fuq rasna, l-akbar qatla tiegħi kienet li rrid ninżel fix-xelter u nieqaf nilgħab il-ballun fit-triq! Il-ballun kien taċ-ċarruta li konna nixtruh sold – (żgur inqas minn 50c.) minn għand il-Landiera – il-ħajjata ta’ Simons Avenue Hal-Tarxien. Min hu tampari jiftakaraha żgur!! Din kienet ħajjata prima imma ċ-ċraret tal-ħwejjeġ li kien jifdlilha meta kienet tħit, ma kinitx tarmihom imma tagħmel dawn

Inkompli naqsam ħajti magħkom Kompli aqra »

Letter of the Prior General regarding the Covid-19 pandemic.

Dear brothers and sisters: Throughout the world, we are currently living in a health emergency. The coronavirus pandemic (Covid-19) has brought us face to face with a reality that none of us could have imagined. This may very well leave many of us confused or unsettled. Let me reflect, share my feelings, and offer you, as a brother, some guidance at this difficult time. The first is that we should

Letter of the Prior General regarding the Covid-19 pandemic. Kompli aqra »

Jum il-Gradwazzjoni – Istitut Agostinjan

Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu 2020 saret iċ-ċerimonja tat-tqassim ta’ Ċertifikat ta’ Attendenza ġewwa l-Istitut Agostinjan fi tmiem is-sena akkademika 2019-2020. Is-serata bdiet b’Quddiesa Konċelebrata mmexxija minn P. Pierre Desira OSA, Assistent Direttur tal-Istitut Agostinjan, flimkien ma’ P. Mario Attard ofm cap, u P. Constantino Borg OSA. P. Pierre fisser il-mixja tar-Randan fid-dawl tal-Istqarrijiet ta’ S. Wistin, li kien is-suġġett tat-tlettax il-laqgħa tas-sena akkademika. Wara d-Direttur tal-Istitut Agostinjan, il-Professur P.

Jum il-Gradwazzjoni – Istitut Agostinjan Kompli aqra »

Laqgħa tas-Superjuri taċ-ċirkoskrizjonijiet Agostinjani ta’ lingwa ingliża

Bejn it-2 u l-5 ta’ Marzu, il-Provinċjal, P. Leslie Gatt ħa sehem f’laqgħa tas-Superjuri taċ-Ċirkoskrizjonijiet Agostinjani ta’ lingwa Ingliża li nżammet fil-campus tal-Universita Santu Wistin, f’Iloilo l-Filippini. Għal-laqgħa, flimkien mal-Pirjol Ġenerali u l-assistenti ġenerali responsabbli mill-Afrika u l-Oceanija, ħadu sehem ukoll il-provinċjali u s-superjuri tal-Amerika, l-Irlanda, l-Ingilterra, Malta, l-Awstarlja, l-Filippini, l-Indonezja, l-Indja, il-Kenya u t-Tanzanja. Il-Laqgħa serviet l-ewwel u qabel kollox biex wieħed jaqsam flimkien ir-realta agostinjana rispettiva fil-pajjiż partikolari,

Laqgħa tas-Superjuri taċ-ċirkoskrizjonijiet Agostinjani ta’ lingwa ingliża Kompli aqra »

Jintemm il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-Provinċja Agostinjana Maltija

Nhar il-Ġimgħa 27 t’ April intemm il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-patrijiet Agostinjani ta’ Malta li fih ir-reliġjużi inġabru biex jiċċelebraw u jevalwaw il-ħajja tagħhom, waqt li jippjanaw il-programm tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. Din il-parti tal-Kapitlu kienet preseduta mil-Assistent Ġenerali tal-Ordni, P. Luis Marin de San Martin. F’dawn il-jiem ġiet ippreżentata u diskussa viżjoni għall-provinċja b’elenku ta’ erba’ prijoritajiet partikolari. Fis-snin li ġejjin l-aħwa agostinjnai ser ikunu qed jiffukaw b’mod partikolari

Jintemm il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-Provinċja Agostinjana Maltija Kompli aqra »

Open Weekend – Kunvent Santu Wistin Valletta

Il-komunità Agostinjana fil-Belt Valletta bħala parti mill-attivitajiet tal-Bi-Ċentinarju tal-Provinċja Agostinjana Maltija, fetħet il-bibien tal-kunvent sabiex in-nies iżuru u jagħmlu esperjenza ta’ kultura, arti, fidi u storja. Fost l-attrazzjonijiet kull min żar il-kunvent seta’ jara ukoll re-enactment tas-suldati ta’ Malta fuq dar fil-mandraġġ fi żmien il-gwerra, wirja ta’ presepji kif ukoll wirja tal-għaqda mudelli tal-knejjes.

Open Weekend – Kunvent Santu Wistin Valletta Kompli aqra »

Scroll to Top