Author name: Fr Terence Spiteri

San Tumas ta’ Villanova – 10 t’Ottubru

Twieled f’Fuenllana, Ciudad Real (Spanja) minn ġenituri reliġjużi u li minnhom wiret l-imħabba lejn il-proxxmu. Huwa ħa l-isem mill-belt ta’ Villanueva de los Infantes, li fiha marret toqgħod il-familja. Ta’ ħmistax il-sena bagħtuh biex jistudja l-università ta’ Alcalà fejn fl-1509 ġa it-titlu ta’ għalliem tal-loġika, fiżika u metafiżika. Għal tliet snin studja t-teoloġija u waqaf biss bejn l-1512 u l-1516 meta ħa l-katedra tal-loġika. Il-ħmistax –il sena li dam f’Alcalà […]

San Tumas ta’ Villanova – 10 t’Ottubru Kompli aqra »

Beata Veronika Negroni minn Binasco – 13 ta’ Jannar

Dwar Veronika nafu li twieldet f’Binasco fil-provinċja ta’ Milan fl-1445 minn familja ta’ raħħala u li kellha l-biża’ t’Alla, iżda ommha tant kienet fqira li anqas setgħet tagħtiha ftit skola. Ta’ tnejn u għoxrin sena “wara ħafna talbiet irnexxielha tilbes l-libsa ta’ Santu Wistin” bħala lajka fil-monasteru ta’ Santa Marta ta’ Milan fejn damet ħajjitha kollha tagħmel l-iżjed xogħol baxx tad-dar u tiġbor il-karità. Kienet fidila għax-xejra ta’ dawk iż-żminijiet

Beata Veronika Negroni minn Binasco – 13 ta’ Jannar Kompli aqra »

Santu Wistin minn Ippona – 28 t’Awwissu

Lill-qarrej: “…billi ridt li l-knisja vera, qaddisa u kattolika ta’ Kristu l-Mulej tibbenefika minn dak kollu li jien irċevejt mill-għerf u l-kelma, ma ridtx jgħaddi fis-skiet dak li rajt u smajt mill-ħajja u mid-drawwiet ta’ Wistin, li kien predestinat u fl-istess waqt irrivelat bħala Isqof tajjeb” (Intr.1).        “Mhux sejjer nirrakkonta dak li l-istess Beatu Wistin innifsu espona fil-kotba tiegħu tal-Istqarrijiet dwaru nnifsu, kif kien qabel ma rċieva grazzja u

Santu Wistin minn Ippona – 28 t’Awwissu Kompli aqra »

Beatu Wistin Novello minn Tarano – 19 ta’ Mejju

Twieled għall-ħabta tal-1240 f’Tarano (Rieti – l-Italja) u ngħata l-isem ta’ Mattew. Wara li studja l-liġi fl-Università ta’ Bolonja, ħadem fil-Kanċellerija tar-Renju ta’ Sqallija, fir-residenza uffiċjali tar-Re Manfredi. Meta miet ir-Re fit-taqtigħa ta’ Benevento (1266) u huwa biss safa ferut u marad ddeċieda li jbiddel ħajtu. Telaq minn Sqallija u nġabar fl-eremitaġġ ta’ Rosia, viċin Siena, fejn ipprofessa bħala sempliċi Fratell lajk bl-isem ta’ Wistin. Jgħidu li sar magħruf wara

Beatu Wistin Novello minn Tarano – 19 ta’ Mejju Kompli aqra »

Beatu Xmun Fidati minn Cascia – 16 ta’ Frar

Ġej mill-familja Fidati u twieled f’Cascia għall-ħabta tal-1290. Wara li għal ftit wera nteress għal-letteratura u mexa wara t-tagħlim tal-Franġiskan Fra Anġlu Clareno huwa ħa l-libsa ta’ Agostinjan. Ħajtu għaddieha jippriedka speċjalment fis-Toscana. Kien iċanfar il-midimbin mingħajr biża’ u d-dixxiplina soda tiegħu tferrxet ukoll fost dawk li riedu jagħmlu ħbieb miegħu u li minn xi daqqiet dawn ġew imwiddba minnu. Iżda kliemu mimli mħabba u żelu kien imfaħħar minn dawk

Beatu Xmun Fidati minn Cascia – 16 ta’ Frar Kompli aqra »

Beatu Tumas Jihoye ta’ Santu Wistin – 28 ta’ Settembru

Il-persekuzzjonijiet mhux biss joħolqu l-martri iżda kemm-il darba jagħmlu wkoll “suldati ta’ Kristu”. Hekk kien Tumas Jihyoe, Agostinjan Ġappuniż, li kien suldat bl-isem ta’ nisrani waqt il-persekuzzjoni kontra l-insara fis-seklu XVII. Għal ħames snin lagħab bis-suldati ta’ l-imperatur li kien qed ifittxuh biex jaqbduh għax kien saċerdot kattoliku. Twieled f’Omura viċin Nagasaki għal ħabta tal-1600. Il-ġenituri tiegħu, għalliema tar-reliġjon, mietu t-tnejn martri għall-fidi tagħhom. Minn meta kien għadu żgħir hu

Beatu Tumas Jihoye ta’ Santu Wistin – 28 ta’ Settembru Kompli aqra »

Beati Martri tal-Ġappun – 28 ta’ Settembru

Fil-bidu tas-seklu XVII faqqgħet fil-Ġappun waħda mill-persekuzzjonijiet l-iżjed qliel u mdemmija tal-knisja. Kienu kbar il-martirji li ħadu membri tal-Ordni Agostinjan għall-Vanġelu. Agostinjani mill-Ġappun, minn Spanja, mill-Portugal u mill-Messiku, rġiel u nisa, terzjarji, Ċinturati u fidili bil-mewt tagħhom taw eżempju ta’ għaqda u l-universalità ta’ l-Ordni. Hawn taħt insibu lista kronoloġika u dawk li huma mniżżla b’tipi grassi diġà ġew iddikjarati qaddisin mill-Knisja. 1610: Patri Ġwann Damarin u Patri Franġisk de

Beati Martri tal-Ġappun – 28 ta’ Settembru Kompli aqra »

San Ġwann ta’ Sahagun – 12 ta’ Ġunju

“Missier, ma tafx tagħlaq ħalqek! Sur duka, għalfejn nitla’ fuq il-pulptu? Biex ngħid il-verità lil min qed jismagħni jew biex bla mistħija nżiegħel bihom biex ifaħħruni?” Dan il-kliem intqal bejn id-duka t’Alba li mar għall-funzjoni reliġjuża u l-patri Agostinjan Ġwanni minn Sahagun li għamel il-priedka. Dak il-jum Patri Ġwanni pprofitta mill-preżenza ta’ ħafna nobbli tal-belt u awtoritajiet ċivili, sabiex jikxef il-gvern ħażin u l-inġustizzja tal-prepotenti ma’ dawk li kienu dgħajfa.

San Ġwann ta’ Sahagun – 12 ta’ Ġunju Kompli aqra »

Fr. Bob Karanja OSA from Kenya thanks Segretarjat Missjonijiet Agostinjani AMIGOS for their donations during Covid-19

Greetings from Kenya. Am happy to report to you that after putting together the help you send to us through the Segretarjat Missjonijiet Agostinjani AMIGOS, and with the little we had we have been able to put Jesus words into action “For I was hungry and you gave me something to eat”(Matt 25:35). Through your help we were able to feed 16 households in ishiara, 40 families in Babadogo, 50

Fr. Bob Karanja OSA from Kenya thanks Segretarjat Missjonijiet Agostinjani AMIGOS for their donations during Covid-19 Kompli aqra »

L-Evanġelju iħeġġiġna nagħtu dak li għandna

It-Tlettax il-Ħadd matul is-Sena Liturġika A 2 Slat 4, 8-11. 14-16a; Salm 88; Rum 6, 3-4, 8-11; Mt 10, 37-42 Aqra: “U kull min jagħti mqar tazza ilma friska lil xi ħadd minn dawn iż-żgħar għax hu dixxiplu, tassew, ngħidilkom, li ma jitlifx il-ħlas tiegħu”.  Ġesu jassigura premju lil dawk li f’isem Alla jagħtu b’mod ġeneruż. Meta wieħed imut ma’ Kristu, jaqsam miegħu ukoll fil-Qawmien tiegħu mill-imwiet. Irrifletti: L-għerf tad-dinja

L-Evanġelju iħeġġiġna nagħtu dak li għandna Kompli aqra »

Scroll to Top