Author name: Fr Terence Spiteri

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna

Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Nhar it-Tnejn 6 ta’ Novembru filgħodu, il-provinċjal flimkien ma’ diversi aħwa iċċelebra quddiesa fil-Knisja San Nikola minn Tolentino, Ħal Tarxien li fiha fakkar l-aħwa mejtin. Fir-riflessjoni tiegħu huwa tkellem fuq: it-tifkiriet sbieħ li dawn l-aħwa kollha ħallewlna; is-sens ta’ gratitudni li għandu jitqanqal fina quddiem dak li għexu dawk li ġew qabilna; u […]

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni ferriħija tfakkar il-bidu tal-missjoni edukattiva tal-Patrijiet Agostinjani f’Malta

Nhar it-Tnejn 23 ta’ Ottubru il-Komunità Edukattiva tal-Kulleġġ Santu Wistin flimkien mal-Provinċja Agostinjana Maltija fakkru il-175 sena mill-ftuħ tal-ewwel sena skolastika tal-Iskola Santu Wistin dak iż-żmien fil-Kunvent ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Dak kien il-bidu tal-ewwel skola tal-Knisja għat-tfal Maltin. Dan l-anniversarju tfakkar dalgħodu permezz ta’ ċelebrazzjoni ferriħija preseduta mill-E.T. Mons Joseph Galea Curmi, Vigarju Generali ta’ Malta, taħt il-Patronċinju tal-Aġent President tar-Repubblika il-Prof. Frank Bezzina, fl-assenza tal-President ta’ Malta

Ċelebrazzjoni ferriħija tfakkar il-bidu tal-missjoni edukattiva tal-Patrijiet Agostinjani f’Malta Kompli aqra »

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir

Bejn is-16 u l-20 ta’ Ottubru grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru għal ftit jiem ta’ rtir f’Dar Stella Maris fiż-Żebbuġ Għawdex. Matul dawn il-jiem l-aħwa kellhom l-opportunità li jieqfu mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb u riflessjoni akkumpanjati minn Fr Martin Cilia MSSP li anima dawn il-ġranet. Ir-riflessjonijiet ta’ Fr Martin poġġew stedina ċara biex wieħed jirrifletti fuq ir-realtà tiegħu, l-esperjenza tal-ħajja li jaqsam mal-aħwa, iċ-ċentralità ta’

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir Kompli aqra »

Ittra li l-Provinċjal bagħat lill-Aħwa fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-175 sena ta’ Impenn fil-Missjoni Edukattiva

Wieħed mill-proġetti kbar ta’ ħidma tagħna bħala Provinċja li kważi lkoll kemm aħna missejna miegħu f’xi waqt jew ieħor huwa l-Kulleġġ, u xtaqt li permezz ta’ din iċ-ċirkolari niċċelebaw lil dawk l-aħwa kollha li tul is-snin u llum kienu jew għadhom parti minn din l-esperjenza. Kien għadu tista’ tgħid fl-ewwel snin mit-twaqqif tal-Provinċja tagħna meta l-Provinċjal P. Gaetano Pace Forno ġieħ il-ħsieb li l-Provinċja, timraħ f’esperjenza ġdida. Ir-rapport tal-Kummissjoni Rjali

Ittra li l-Provinċjal bagħat lill-Aħwa fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-175 sena ta’ Impenn fil-Missjoni Edukattiva Kompli aqra »

Il-Kunvent u l-Knisja ta’ Santu Wistin fin-Notte Bianca

Is-Sibt 7 ta’ Ottubru, il-Komunita Agostinjana tal-Belt ħadet sehem fin-Notte Bianca li issa saret parti mill-Kalendarju annwali tal-Belt Kapitali permezz ta’ diversi inizjattivi. Fost dawn ta’ min isemmi il-wirja li ġiet imtella’ fl-okkażjoni tal-175 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ Santu Wistin fl-istess kuriduri li tant snin ilu servew bħala skola fil-Kunvent tal-Belt. Dak iż-żmien l-Iskola Santu Wistin kienet l-ewwel skola tal-Knisja bla ħlas għat-tfal Maltin. Diversi żgħażagħ minn Tagaste Youths li huma

Il-Kunvent u l-Knisja ta’ Santu Wistin fin-Notte Bianca Kompli aqra »

L-Agostinjani tar-Rabat fl-inizjattiva Rabat Sacrum

Bejn is-Sibt 23 ta’ Settembru u l-Ħadd 24 ta’ Settembru, il-Komunità Agostinjana tar-Rabat ħadet sehem fl-inizjattiva Rabat Sacrum li ġiet imtella mill-Kunsill Lokali tar-Rabat bil-kollaborazzjoni ta’ diversi entitajiet ċivili u reliġjużi. L-idea tal-inizjattiva kienet l-ewwel u qabel xejn li tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex jaraw u japprezzaw it-teżori moħbija fl-Imqades Rabtin. Ma’ dan kien hemm anke diversi inizjattivi mużikali u kulturali li kkaratteriżżaw is-serata tas-Sibt. Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat għal din l-okkażjoni

L-Agostinjani tar-Rabat fl-inizjattiva Rabat Sacrum Kompli aqra »

Iċċelebrati diversi festi fil-Knejjes Agostinjani

Il-ġimgħat li għaddew ġabu magħhom diversi festi fil-kalendarju Liturġiku Agostinjan. Ewlenin fosthom huma l-festi ta’ Santu Wistin u tal-Madonna taċ-Ċintura li kienu ċċelebrati b’mod solenni partikolarment fil-Knejjes Agostinjani tal-Belt Valletta u tar-Rabat f’Malta, u tal-Belt Victoria f’Għawdex. Għal dawn il-festi tħejja programm ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi li permezz tagħhom raddejna ħajr lil Alla għal dak kollu li għamel magħna permezz ta’ Ommu Marija u ta’ Santu Wistin missierna. Il-festi fil-Belt Valletta

Iċċelebrati diversi festi fil-Knejjes Agostinjani Kompli aqra »

Il-Komunità Kattolika Vjetnamiża f’Malta ċċelebraw l-ewwel Quddiesa tagħhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill, Paceville.

Il-Ħadd 10 ta’ Settembru l-Komunità Kattolika Vjetnamiża f’Malta ċċelebraw l-ewwel quddiesa tagħhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill, Paceville. Dan kien pass enormi għall-komunità żgħira Vjetnamiża li għadha kif ġiet stabbilita. Nittamaw li, fil-futur, din il-komunità tkun post fejn il-familji u ż-żgħażagħ Kattoliċi Vjetnamiżi kollha li jgħixu u jistudjaw Malta jiltaqgħu u jappoġġjaw lil xulxin biex jgħixu l-fidi u l-ħajja ta’ kuljum bħala wlied Alla ‘l bogħod mill-familji u l-pajjiż tagħhom. Nixtiequ

Il-Komunità Kattolika Vjetnamiża f’Malta ċċelebraw l-ewwel Quddiesa tagħhom fil-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill, Paceville. Kompli aqra »

Ħa Jsibu Qalbna u Moħħna il-Veru Kwiet fil-Mulej

Fit-28 ta’ Awwissu l-Knisja tiċċelebra l-Festa ta’ Santu Wistin Missierna.  Kull festa tistedinna nirriflettu mill-ġdid fuq din il-figura li ispirat b’mod partikolari lilna r-Reliġjużi fil-mixja tagħna wara Ġesu, u nixtiequha tkompli tispira anke lil dawk kollha li b’mod jew ieħor jixtiequ jixorbu minn dak l-għerf qaddis li bih il-Mulej għoġbu jżejjen lil Santu Wistin u jagħmel minnu don għall-Knisja. Santu Wistin ħolom li jaqsam il-ħajja tiegħu mal-ħbieb, jew mal-‘aħwa’, u

Ħa Jsibu Qalbna u Moħħna il-Veru Kwiet fil-Mulej Kompli aqra »

50 sena mill-bini tal-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville

Nhar il-Ħadd 20 t’Awwissu, l-Eċċellenza Tiegħu L-Arċisqof Charles Scicluna żar għal-ewwel darba u qaddes quddiesa fil-knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville, fl-okkażjoni tal-50 sena meta l-bini tal-Knisja tlesta. F’dik l-istess ġurnata, jiġifieri fit-18 ta’ Awwissu 1973, l-Knisja l-ġdida ġiet imbierka mill-Assistent Ġenerali Agostinjan, li dak iż-żmien kien P. Egidio Galea OSA.Wara l-quddiesa sar riċeviment żgħir fil-kunvent, fejn l-Arċisqof iltaqa’ mar-residenti li jiffrekwentaw din il-knisja. Ritratti: Archdiocese of Malta

50 sena mill-bini tal-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville Kompli aqra »

Scroll to Top