Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Jannar il-fdalijiet tal-Kardinal Grech waslu Malta. Fl-4:30 pm, beda korteo funebri l-Birgu, fejn twieled u tgħammed, imbagħad kien iċċelebrat mument ta’ talb fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz. Fis-6pm, il-korteo telaq mill-Birgu lejn il-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark, ir-Rabat. L-għada filgħodu, il-Ħamis 9 ta’ Jannar, bejn id-9am u nofsinhar, il-fdalijiet tal-Kardinal Grech tqiegħdu fil-kappella tal-kunvent għall-qima tal-pubbliku. Fis-1:40pm, it-tebut ittieħed fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, u