Żmien il-Milied maż-Żgħażagħ Agostinjani

Żmien il-Milied hu wieħed li jiġborna lkoll flimkien, u fil-komunitajiet żgħażagħ tagħna mhux b’inqas. Apparti l-laqgħat normali ta’ kull ġimgħa li użawhom biex jirriflettu aktar fuq żmien l-Avvent, kien hemm bosta attivitajiet oħra relatati ma’ daż-żmien.

It-Tnejn l-1 u t-Tlieta 2 ta’ Diċembru, grupp sabiħ mill-istudenti tal-Ħdax-il sena, qattgħu lejl flimkien bħala esperjenza ta’ ‘Come and See’ fejn jaraw u jgħixu flimkien mal-komunità tal-Patrijiet. Filgħaxija ngħaqdu mat-Tagaste Youths u ġew mistiedna għall-attivitajiet tagħhom matul Diċembru kollu.

Is-Sibt 6 ta’ Diċembru, l-Augustinian Youths iltaqgħu għal nofstanhar irtir flimkien bl-isem ta’ ‘Walking in the Footsteps of St Joseph’. Dan tmexxa minn Fr John Mizzi u ffoka fuq il-virtujiet ta’ San Ġużepp.

It-Tnejn 8 ta’ Diċembru, it-Tagaste Youths iltaqgħu għal nofstanhar flimkien. Bdew bi ħsieb ċkejken fil-kappella tal-Baħrija marbuta mat-tema tal-Paċi u mbagħad għamlu hike flimkien u spiċċaw billi kielu flimkien.

Is-Sibt 20 ta’ Diċembru, l-Augustinian Youths iltaqgħu għall-Christmas Dinner flimkien filwaqt li t-Tnejn 22 ta’ Diċembru ltaqgħu t-Tagaste Youths għall-Christmas Dinner.

It-Tnejn 29 ta’ Diċembru, sar il-Party tat-Tagaste Club għall-istudenti tal-year 7 sal-Year 10. L-istudenti tal-Year 11 taw daqqa t’id u mbagħad ingħaqdu mat-Tagaste Youths fejn flimkien iċċelebraw tmiem is-sena. Kien mument sabiħ ta’ riflessjoni fuq dak li għadda b’tama għal li ġej u ħin sabiħ informali flimkien.

Lejlet l-ewwel tas-Sena, grupp ta’ Augustinian Youths iċċelebraw flimkien tmiem is-sena 2025 u bdew 2026 flimkien bħala komunità.

Finalment, is-Sibt 3 ta’ Jannar, saret quddiesa u get-together għall-voluntiera kollha li telgħu jew se jitilgħu l-missjoni li tiġi organizzata mill-Amigos.

Nirringrazzjaw lil Alla ta’ dawn il-mumenti sbieħ flimkien.

Roberto D’Amato

Scroll to Top