Żgħażagħ u Dixxerniment Vokazzjonali – Kulleġġ Santu Wistin

Kull xahar, diversi gruppi ta’ studenti mis-sekondarja fil-kulleġġ tagħna jkollhom l-opportunità li jqattgħu ftit ħin mal-komunità tal-patrijiet f’Tal Pietà permezz ta’ platt għaġin jew pizza tajba, mument ta’ talb, laqgħa ta’ diskussjoni u ftit logħob fil-basement tal-kunvent li fih diversi logħob bħal billiard, table tennis, table soccer, board games, darts eċċ…

Dawn il-laqgħat isiru kull xahar mic-chaplaincy tal-kulleġġ u mill-komunità tal-patrijiet fil-breaks tal-istudenti kif ukoll wara l-ħin tal-iskola. Apparti dawn il-mumenti, jsiru ukoll live-ins fil-kunvent kif ukoll attivitajiet oħrajn simili barra l-ħin tal-iskola.  Dawn huma ftit mill-attivitajiet li jsiru matul is-sena bħala parti mill-pastorali maż-żgħażagħ u dixxerniment vokazzjonali.

 

 

Scroll to Top