Wirjiet Sagri fil-Mużew u l-Kunvent San Mark fir-Rabat

“Wieqfa kienet imbikkija l-Omm ħdejn binha fit-tbatija” hija esibizzjoni ta’ statwi artistiċi tal-Madonna tad-Duluri, li qed tittella’ fil-Mużew tal-Kunvent tagħna fir-Rabat. Din il-wirja tinkludi xogħlijiet ta’ artisti Maltin kif ukoll internazzjonali.

Il-wirja se tkun miftuħa fil-jiem li ġejjin:

  • Is-Sibt 29 ta’ Marzu: 7:00 PM – 10:30 PM
  • Il-Ħadd 30 ta’ Marzu: 4:00 PM – 9:00 PM
  • It-Tnejn 31 ta’ Marzu: 9:00 AM – 12:00 PM

Din l-inizjattiva artistika fil-Kunvent tagħna tkompli b’esibizzjoni oħra, din id-darba b’ġabra ta’ pitturi relatati maż-żmien tar-Randan mill-artist Marcio Chigo.

“Kollox hu mitmum”, sett ta’ pitturi, se jkun espost għall-pubbliku mill-4 ta’ April ‘il quddiem fil-kurituri tal-Kunvent.

Dawn l-attivitajiet qed jiġu organizzati biex, permezz tal-arti, nkomplu ngħixu din il-mixja ta’ riflessjoni u tħejjija għall-Ġimgħa Mqaddsa.

Scroll to Top