Nhar it-Tnejn 1 ta’ Settembru ħabat il-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Patri Pierre Desira u Patri Josef Sciberras li kienu Ordnati Saċerdoti fis-sena 2000 fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mill-E.T. Mons Ġużeppi Mercieca flimkien ma diversi Saċerdoti oħra. Matul dawn il-25 sena huma servew il-familja Agostinjana u l-Knisja f’diversi ministeri kemm Malta u anke lilhinn minn xtutna.
P. Pierre Desira ċċelebra quddiesa ta’ Radd il-Ħajr nhar is-Sibt 30 ta’ Awwissu fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien. Flimkien mal-aħwa Agostinjani u l-membri tal-familja tiegħu kien hemm anke numru sabiħ ta’ lajċi li normalment jiffrekwentaw din il-Knisja. Tul is-snin P. Pierre serva fil-Kulleġġ Santu Wistin f’Tal-Pietà, u fil-Komunitajiet ta’ Santa Rita San Ġiljan, ta’ San Mark fir-Rabat u ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien. Għal xi snin, P. Pierre ħadem fil-missjoni Agostinjana fl-Alġerija. P. Pierre iservi anke bħala Ekonomu u Prokuratur Provinċjali waqt li jgħin fl-Istitut Agostinjan.
P. Josef Sciberras iċċelebra l-quddiesa tiegħu ta’ Radd il-Ħajr nhar il-Ħadd 5 ta’ Ottubru fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat. Apparti l-aħwa Agostinjani u l-membri tal-familja tiegħu u xi lajċi ħbieb tiegħu, kienu preżenti anke diversi reliġjużi u saċerdoti mill-Italja fejn P. Josef ilu jaħdem għal dawn l-aħħar tlettax-il sena. Fost dawn wieħed isemmi l-preżenza tal-Pirjol Ġenerali u diversi aħwa mill-Kurja Ġeneralizja tal-Ordni. F’Malta P. Josef serva prinċiparjament fil-Komunità ta’ San Mark tar-Rabat u fil-Formazzjoni inizjali. F’Ruma P. Josef ħadem bħala Postulatur Ġenerali tal-Ordni u aktar riċenti qed jimpenja ruħu anke fl-istudju u t-tagħlim.
Irroddu ħajr lill-Mulej għal dak kollu li għamel magħhom u permezz tagħhom, waqt li nawgurawlhom ħafna aktar snin ta’ qadi. Ad multos annos!