Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u l-Ħadd 9 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru bosta ċelebrazzjonijiet, fosthom attivitajiet sbieħ għat-tfal tal-lokal li matulhom kien hemm parteċipazzjoni mill-isbaħ.

Is-Sibt filgħaxija imbagħad ġiet iċċelebrata quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt OSA, u wara ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li daret mat-toroq taċ-ċentru tar-raħal.

Il-Ħadd 9 ta’ Novembru saret ukoll il-fiera tradizzjonali, avveniment li jiddistingwi din il-festa f’dan ir-raħal żgħir iżda ħelu.

L-aħwa Agostinjani, ilhom iservu l-Komunità tal-Baħrija u partikolarment il-Knisja ta’ San Martin għal dawn l-aħħar għaxar snin.  

Ritratti: Facebook Knisja Baħrija

Scroll to Top