Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru diversi ċelebrazzjonijiet, fosthom ċelebrazzjonijiet sbieh għat-tfal tal-lokal li fihom kien hemm partecipazzjoni sabiħa ħafna. Is-Sibt filgħaxija imbagħad ġiet iċċelebrata quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt, u wara ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li daret mat-toroq taċ-ċentru tar-raħal. L-għada l-Ħadd 10 ta’ Novembru imbagħad saret il-fiera tradizzjonali li hija karatteristika ta’ din il-festa i dan ir-raħal ċkejken.

L-aħwa Agostinjani, ilhom iservu l-Komunita tal-Baħrija u partikolarment il-Knisja ta’ San Martin għal dawn l-aħħar għaxar snin.  

Scroll to Top