Ħuna P. Paul Formosa OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej

Il-Provinċja Agostinjana Maltija b’sogħba kbira tħabbar il-mewt ta’ P. Paul Formosa OSA li llum 26 ta’ Diċembru 2024, mar jiltaqa’ mal-Mulej li ħabb u qeda matul ħajtu. Dawn l-aħħar xhur huwa kien residenti fid-Dar tal-Kleru minhabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu.

Bħala reliġjuż u saċerdot f’Malta, P. Paul serva għal diversi snin bħala Pirjol fil-kunvent ta’ Ħal-Tarxien, għalliem u Rettur tal-kulleġġ Santu Wistin,  u dawn l-aħħar snin membru tal-Komunità tar-Rabat filwaqt li serva ukoll fil-Kunsill Provinċjali. Fuq kollox imma l-aktar snin li ħallew marka fuqu kienu l-20 sena ħidma missjunarja fil-Brażil.

Il-funeral ta’ ħuna P. Paul Formosa ser isir nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru fil-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat fid-9.30am. Qabel il-quddiesa il-ġisem ta’ ħuna P. Paul ser jitqiegħed fil-Kunvent San Mark (biswit il-Knisja) għat-tislima tal-pubbliku. Id-difna ssir imbagħad fl-oqbra tal-Provinċja Agostinjana fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata

L-aħwa agostinjani jirrakomandawh fit-talb sabiex il-Mulej jilqgħu fil-ħniena tiegħu u jagħtih il-ħlas ta’ dak kollu li ħadem għalih matul ħajtu.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.

Scroll to Top