“Għin bil-Passi Tiegħek” hi Maratona virtwali ta’ ġbir ta’ fondi organizzata mis-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani b’risq il-ħidma missjunarja Agostinjana mwettqa partikularment fil-Możambik u l-Kenja. L-għan ta’ din l-attività hu li jinġabru fondi biex jinbnew tankijiet tal-ilma ta’ 5000 litru f’postijiet remoti, ’il bogħod minn sorsi ta’ ilma frisk. Residenti f’dawn iż-żoni jkollhom imorru aktar minn 5km bogħod kuljum biex ikollhom ilma frisk u nadif mill-bjar. Bl-għajnuna tiegħek, irridu noħolqu ambjent fejn l-ilma frisk u nadif ikun disponibbli għal aktar nies mingħajr il-ħtieġa li jimxu distanzi twal għalih. Dawn it-tankijiet jiswew €300 biex jinxtraw u jitwaħħlu.
Il-Maratona Virtwali Amigos, hija ġirja li kulħadd jista’ jagħmel waħdu, fil-ħin u bil-pass tiegħu, bil-limitazzjonijiet kurrenti tal-COVID-19. It-tul tal-maratona hu ta’ bejn 5-15km. Ninkoraġġixxu lil kulħadd jagħżel il-pass u d-distanza li jixtieq. Anke jekk il-ġiri mhux ħabib tiegħek, tista’ tagħmel id-distanza bil-mixi. L-uniku regola hi li tagħmel id-distanza magħżula matul ix-xahar ta’ Mejju, mill-1 sal-31 ta’ Mejju 2021.
Se jingħata ċertifikat lill-parteċipanti kollha li jieħdu sehem f’din il-ġirja virtwali. Bħala prova tal-parteċipazzjoni tiegħek, ibgħat screenshot (jew aktar minn wieħed jekk id-distanza tagħmilha f’aktar minn ħarġa waħda) tad-distanza li għamilt, mit-tracking app favorit tiegħek, flimkien ma’ selfie tiegħek waqt li qed tagħmel il-maratona. Ibgħathom lil missions.amigos@gmail.com u inkludi “Amigos Virtual Marathon” fit-titlu tal-email.
Jekk inti interessat, imla l-formula li ssib fil-link hawn taħt:
http://bit.ly/AmigosVirtualMarathon
Id-donazzjoni ta’ €10 kull parteċipant għandha ssir permezz ta’ Revolut fuq +356 79255936. Daħħal ismek u “Amigos Virtual Marathon” fin-Notes Section. Tista’ wkoll tagħmel bank transfer fil-kont tal-Bank of Valletta IBAN: MT58VALL22013000000040010188817