Amigos Hike

Il-Ħadd, 16 ta’ Marzu, għal darb’oħra l-grupp Amigos fi ħdan is-segretarjat missjonijiet Agostinjani għaqqad għoxrin persuna biex issir mixja ta’ madwar għaxar kilometru mal-kosta ta’ isfel ta’ Malta. Il-mixja bdiet b’talba minn fr Mario, fejn il-bajja ta’ San Tumas, Marsaskala, b’waqfa għal ftit kafè f’Tas-Silġ, u ntemmet lura minn fejn bdiet.

Għal din l-okkażjoni inġabret donazzjoni mingħand min jattendi u anke mingħand qraba u ħbieb li jkunu jixtiequ jagħtu s-sehem tagħhom għalkemm għal xi raġuni jew oħra dakinhar ma jkunux jistgħu jattendu.

Bl-għajnuna t’Alla l-mixja kienet suċċess, kemm f’termini ta’ temp għax ħareġ tassew temp sabiħ u kif ukoll għaliex l-għan tagħha ntlaħaq, għaliex id-donazzjonijiet li nġabru se jkunu qed imorru għal xogħol missjunarju fil-Perú fis-sajf tal-2025.

Raisa Mifsud

Scroll to Top