3 gruppi ta’ żgħażagħ ser ikunu qegħdin jagħmlu esperjenzi differenti ta’ knisja ħajja

Nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju, fil-Knisja San Nikola ta’ Tolentino, Ħal Tarxien, saret quddiesa li fiha 3 gruppi ta’ żgħażagħ ġew mibgħuta f’isem il-komunità nisranija biex jagħmel esperjenzi differenti ta’ knisja ħajja dan is-sajf barra minn xtutna.  

Il-grupp Amigos għal-31 darba darba  immexxi minn fr Mario Abela u fr Terence Spiteri din is-sena ser ikun qiegħed iħalli Malta biex imur Iquitos (Perù) u jagħmel ħidma missjunarja flimkien mal-Agostinjani li jgħixu l-Perù qalb il-familja foqra u tfal.

Il-grupp tal-Camino magħmul minn diversi edukaturi tal-kulleġġ Santu Wistin immexxi minn P. Terence, ser ikun qiegħed jagħmel mixja twila forma ta’ pellegrinaġġ mill-Portugal għal Spanja. Din hija mixja spiritwali li tkompli tagħti opportunità lil dawn il-pellegrini jiskopru lil Alla u lil oħrajn.

Fl-aħħar ta’ Lulju, il-grupp Tagaste ser jingħaqad ma’ eluf ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja biex jaqsmu l-fidi tagħhom u jgħixu esperjenza ta’ tiġdid fl-okkażjoni tal-Ġublew tat-Tama għaż-żgħażagħ. Dawn ser ikunu akkumpanjati mill-Provinċjal P. Leslie Gatt.

Ejjew inkomplu nitolbu għal dawn iż-żgħażagħ u għal tant żgħażagħ li f’dawn il-jiem ikunu qegħdin jagħmlu esperjenzi bħal dawn ħalli jkomplu jiskopru lilhom infushom u lil Alla.

Scroll to Top