20 żagħżugħ u żagħżugħa isajjru iktar minn 700 kwareżimal għall-missjoni

Is-sibt 8 ta’ Marzu, 2025, grupp ta’ madwar għoxrin żagħżugħ u żagħżugħa ltaqgħu biex jagħmlu madwar 700 biċċa kwareżimal. L-ingredjenti tal-kwareżimal inġabru kollha bis-saħħa ta’ donazzjonijiet mingħand żgħażagħ oħrajn li jiffurmaw parti mill-gruppi Agostinjani, familjari, ħbieb u ħwienet li kollha xtaqu joffru sehem f’din l-inizjattiva. Il-proċess tal-kwareżimal ħa mhux inqas minn disa’ sigħat fejn iż-żgħażagħ ħadmu bla waqfien.

Għal darb oħra din kienet inizjattiva mtellgħa mill-grupp Amigos fi ħdan is-segretarjat Missjonijiet Agostinjani li flimkien ma’ Fr Mario Abela osa u Fr Terence Spiteri osa se jkun qiegħed jagħmel xogħol ta’ volontarjat ġewwa l-Perú  (Iquitos) fis-sajf tal-2025. Inizjattivi bħal dawn huma xhieda ta’ kemm l-għaqda u r-rieda tajba jistgħu jwasslu għal frott, fejn tħoss li tirċievi iktar minn kemm tkun qed tagħti. Huwa sabiħ li f’ħajja mgħaġġla nieqfu nagħmlu affarijiet sempliċi b’imħabba.

Raisa Mifsud

Scroll to Top