Aħbarijiet

St Augustine Lectures 2026: Riflessjoni fuq il-Fidi, is-Soċjetà u d-Dinjità tal-Bniedem

Il-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għall-Istudji Teoloġiċi u l-Istitut Agostinjan tal-Provinċja Agostinjana Maltija, għandha l-pjaċir tħabbar żewġ lekċers distinti bħala parti mis-Serje tal-lekċers ta’ Santu Wistin 2026. Dawn il-leckċers se jitmexxew minn Prof. Jean-Marie Salamito, Professur fil-Fakulté des Lettres tal-Università ta’ Sorbonne, studjuż rinomat internazzjonalment fil-qasam tal-Kristjaneżmu bikri u l-ħsieb ta’ Santu Wistin. Is-27 Lekċer Annwali ta’ Santu Wistin L-ewwel lekċer, li timmarka s-27 edizzjoni […]

St Augustine Lectures 2026: Riflessjoni fuq il-Fidi, is-Soċjetà u d-Dinjità tal-Bniedem Kompli aqra »

Ftuħ tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026 tal-Provinċja Agostinjana Maltija

Bejn is-17 u t-18 ta’ Marzu, il-Patrijiet Agostinjani Maltin iltaqgħu għall-Ewwel parti tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju li qed jiġi ċċelebrat f’The Santa Rita Priory, San Ġiljan. Lejlet il-ftuħ tal-Kapitlu ġiet organizzata Velja ta’ talb fil-Knisja San Nikola minn Tolentino, Ħal-Tarxien. Il-Kapitlu huwa laqgħa ġenerali li fiha r-reliġjużi jinġabru flimkien biex jiċċelebraw u jevalwaw il-ħajja tagħhom, waqt li jippjanaw il-programm tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. L-Agostinjani jagħtu s-servizz tagħhom lill-Knisja u lis-soċjetà

Ftuħ tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026 tal-Provinċja Agostinjana Maltija Kompli aqra »

Mons. Luis Marin de San Martin OSA, innominat Prefett tad-Dekasteru tas-Servizz tal-Karità.

Il-Papa Ljun XIV għadu kif innomina lil ħuna Mons. Luis Marin de San Martin OSA bħala Elimosinier, jew aħjar, Prefett tad-Dekasteru għas-Servizz tal-Karità. Sa llum Mons Luis Marin kien iservi l-knisja bħala sottosegretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Qabel din il-ħatra, huwa serva bħala wieħed mill-Assitenti tal-Pirjol Ġenerali tal-Ordni Agostinjan u kien responsabbli mir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Ewropa, jiġifieri Malta, Italja u Spanja. F’dak l-uffiċċju huwa żar il-gżejjer tagħna diversi drabi. Mons. Luis Marin, twieled

Mons. Luis Marin de San Martin OSA, innominat Prefett tad-Dekasteru tas-Servizz tal-Karità. Kompli aqra »

Preparazzjoni għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026

F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-aħwa Agostinjani iltaqgħu għal żewġ mumenti flimkien waqt li bħala Provinċja għaddejin bil-preparazzjoni għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju. Fil-25 ta’ Jannar saret laqgħa li fiha l-Provinċjal P. Leslie Gatt ippreżenta xi spunti ta’ riflessjoni flimkien ma’ proposti li għandhom jiġu diskussi fil-Kapitlu. Dawk preżenti setgħu jikkontribwixxu anke permezz tad-diskussjoni li segwiet il-preżentazzjoni. Fil-25 ta’ Frar imbagħad saret laqgħa oħra, din id-darba ta’ natura spiritwali, li fiha l-aħwa kellhom Lectio

Preparazzjoni għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026 Kompli aqra »

Niċċelebraw Kull Don: Ċerimonja ta’ Premjazzjoni għall-Istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja

Is-Sala kienet mimlija entużjażmu, applawsi u tbissim hekk kif il-komunità edukattiva inġabret biex jiċċelebraw il-kisbiet tal-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja waqt iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet ta’ din is-sena. Ma kinitx sempliċiment attività biex jitqassmu ċertifikati u premjijiet, iżda okkażjoni sinifikanti biex nagħrfu t-talenti uniċi, l-isforzi u t-tkabbir ta’ kull student fil-komunità. Mill-iżgħar studenti tal-Primarja sal-istudenti aktar maturi tas-Sekondarja, kull premju kien rifless ta’ dedikazzjoni, perseveranza u impenn. L-eċċellenza akkademika ġiet rikonoxxuta bla dubju,

Niċċelebraw Kull Don: Ċerimonja ta’ Premjazzjoni għall-Istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja Kompli aqra »

Kwareżimal b’Qalb Missjunarja

Nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar, il-kċina tal-Kulleġġ Santu Wistin (fil-Kampus tal-Primarja) mtliet b’ħidma, impenn u rwejjaħ sbieħ hekk kif inħmew 1,200 kwareżimal b’risq il-ħidma missjunarja Agostinjana fil-Kenja, fl-Afrika. Din l-inizjattiva laqqgħet flimkien żgħażagħ, studenti u persuni li fil-passat għexu esperjenza missjunarja, kollha magħqudin minn xewqa waħda: li jaqdu u jappoġġjaw il-ħidma tas-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani lil hinn minn xtutna. Kull kwareżimal jirrakkonta storja ta’ ġenerożità, fidi u solidarjetà — ġest żgħir

Kwareżimal b’Qalb Missjunarja Kompli aqra »

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat

Il-Ħadd 18 ta’ Jannar, fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat ġiet iċċelebrata l-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bir-rit tat-tberik tal-annimali. Numru sabiħ ta’ nies bl-annimali tagħhom ħadu sehem fil-quddiesa, l-purċissjoni, u aktar tard iċ-ċerimonja ħelwa tat-tberik tradizzjonali tal-annimali fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja. Quddiem il-purċissjoni imxew anke numru kbir ta’ Scouts u Girl Guides. Il-festa bdiet bil-quddiesa fil-Knisja preseduta mil-Provinċjal P. Leslie Gatt O.S.A. u wara ħarġet il-purċissjoni bil-istatwa tal-qaddis. Lura quddiem

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat Kompli aqra »

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani

Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar, diversi lajċi midħla tar-realtajiet Agostinjani ltaqgħu fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni f’Birkirkara għal attivita rikreattiva li issa saret parti mill-kalendarju annwali għal dan iż-żmien. Din kienet filfatt l-ewwel attivita għal din is-sena organizzata mill-Kummissjoni Lajċi Agostinjani fi ħdan il-Provinċja. Il-Laqgħa bdiet bil-wiri tal-film  A week away. Wara l-film kien hemm ukoll mument soċjali flimkien fejn ma naqsitx anke xi ħaġa tajba tal-ikel. Dawn l-attivitajiet li jsiru minn

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani Kompli aqra »

Żmien il-Milied maż-Żgħażagħ Agostinjani

Żmien il-Milied hu wieħed li jiġborna lkoll flimkien, u fil-komunitajiet żgħażagħ tagħna mhux b’inqas. Apparti l-laqgħat normali ta’ kull ġimgħa li użawhom biex jirriflettu aktar fuq żmien l-Avvent, kien hemm bosta attivitajiet oħra relatati ma’ daż-żmien. It-Tnejn l-1 u t-Tlieta 2 ta’ Diċembru, grupp sabiħ mill-istudenti tal-Ħdax-il sena, qattgħu lejl flimkien bħala esperjenza ta’ ‘Come and See’ fejn jaraw u jgħixu flimkien mal-komunità tal-Patrijiet. Filgħaxija ngħaqdu mat-Tagaste Youths u ġew

Żmien il-Milied maż-Żgħażagħ Agostinjani Kompli aqra »

Programm – Kors għal Kulħadd 2026

Kull nhar ta’ ġimgħa, fis-6pm, mid-9 ta’ Jannar, 2026, f’The Santa Rita Priory, Triq Sqaq Lourdes, San Ġiljan.Parking provdut bla ħlas. Applika hawn jew għal iktar informazzjoni tista’ tikkuntattjana fuq [email protected] L-Attwalità ta’ xi temi misluta mill-Kitbiet u t-Tagħlim ta’ Santu Wistin ta’ Ippona. Kors għal Kulħadd organizzat mill-Istitut Agostinjan, immexxi mill-Provinċja Agostinjana Maltija. Dan il-Kors ser jibda’ b’Ċelebrazzjoni Ewkaristika mmexxija mill-WRP. Leslie Gatt OSA, Provinċjal u President tal-Istitut Agostinjan,

Programm – Kors għal Kulħadd 2026 Kompli aqra »

Scroll to Top