Il-Ħamis 19 ta’ Jannar 2017, fil-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta, sar servizz ekumeniku bħala parti mill-Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Insara. Is-servizz ekumeniku kien organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana għall-Ekumeniżmu bil-kollaborazzjoni tal- Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council).  Ikkordina s-servizz ekumeniku Fr Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Djoċesana għall-Ekumeniżmu u Chairman ta’ Christians Together in Malta. It-tema ta’ din is-sena kienet Rikonċiljazzjoni: L-imħabba ta’ Kristu ssuqna.

Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja

http://thechurchinmalta.org/en/posts/65968/ecumenical-service-during-the-week-of-prayer-for-christian-unity

 



Il-Kor St Paul Choral Society ipparteċipa f’kunċert tal-Milied fis-7 ta’ Diċembru fil-Knisja San Mark. Kien kunċert tassew sabiħ u li pparteċipaw diversi persuni. Kien hemm ukoll qari minn Santu Wistin. Wara kien servut mulled-wine u mince-pies fil-kjostru agostinjan. Din l-attività kienet organizzata mill-Augustinian Cloister Foundation bħala parti mill-laqgħat mal-kultura.


L-immigrazzjoni kienet hemm, qiegħdha hawn u tibqa’ magħna. Wara ż-żieda fl-isfidi li toffri din l-kriżi u wkoll wara l-appell li għamel il-Papa Franġisku fis-6 ta’ Settembru 2015 biex nilqgħu familja ta’ refuġjati, beda proċess intern ta’ dixxerniment fil-Provinċja Agostinjana Maltija. Wara diversi diskussjonijiet ukoll fil-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Provinċja Agostinjana Maltija, ittieħdet id-deċiżjoni li l-uniku spazju available fil-Kunvent San Mark fir-Rabat ikun offrut lill-familja refuġjata. Dan l-istess spazju kien jintuża biex jintrefgħu t-tiżjin tal-festa. Dan l-ispazju kien trasformat u mħejji biex jilqa’ familja refuġjata. Dan il-proġett qed isir bil-kollaborazzjoni tal-JRS Malta.

Il-koppja refuġjati, mill-Eretreja, li huma Kopti, daħlu fil-11 ta’ Ottubru 2016. Fil-lejl ta’ qabel bħala agostinjani konna qegħdin niċċelebraw l-festa ta’ San Tumas minn Villanova, l-qaddis tal-foqra meta wkoll berikna d-dar. Fl-istess ħin, l-mara kienet qiegħdha twelled lill-ewwel tifel tagħha.  Għażilna li nilqgħuhom fil-kumpless agostinjan fir-Rabat, u mhux ngħinunhom l-bogħod minnha, għaliex fih innifsu huwa statement ta’ merħba li jħalli marka fil-qalb tagħna u fl-attitudnijiet. Dan il-proġett huwa mod ieħor kif niddjalogaw u nilqgħuhom, nisimgħu l-biżat tagħhom, it-tamiet, id-diffikultajiet u l-ferħ tagħhom. Finansiniai, techniniai, medicininių tekstų, pramonės, teisiniai ir svetainės vertimai https://skrivanek.lt/paslaugos/interneto-svetainiu-lokalizacija/ Ċertament dan kollu mhux ser isolvi l-isfida kollha imma huwa att ta’ ħniena u kompassjoni, kemm fis-sena tal-Ħniena  wkoll fiċ-ċelebrazzjonijiet Bi-Ċentinarji tal-Provinċja Agostinjana Maltija.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.