Aħbarijiet

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat

Il-Ħadd 12 ta’ Jannar, fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat ġiet iċċelebrata l-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bir-rit tat-tberik tal-annimali. Numru sabiħ ta’ nies bl-annimali tagħhom ħadu sehem fil-quddiesa, l-purċissjoni, u aktar tard iċ-ċerimonja ħelwa tat-tberik tal-annimali fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja. Parteċipazzjoni sabiħa kienet anke dik ta’ numru kbir ta’ Scouts u Girl Guides. Il-festa bdiet bil-quddiesa fil-Knisja preseduta mil-Provinċjal P. Leslie Gatt O.S.A. u wara ħarġet il-purċissjoni bil-istatwa tal-qaddis. Lura […]

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat Kompli aqra »

Laqgħa ta’ formazzjoni għall-aħwa Agostinjani

Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Jannar, saret laqgħa ta’ Formazzjoni għall-aħwa Agostinjani fid-The Santa Rita Priory, San Ġiljan. Il-laqgħa bdiet bit-talb ta’ filgħaxija u wara u kompliet b’sessjoni animata mis-Sur Mark Pellicano, head tas-Safeguarding Commission tal-Knisja f’Malta. Dan il-mument serva biex fih ir-Reliġjużi Agostinjani ltaqgħu mas-sur Pellicano wara l-pubblikazzjoni tal-Policy gdida f’Novembru li għadda. Fil-Laqgħa Is-Sur Pellicano seta jippreżenta l-ħidma tiegħu u tal-istruttura ta’ prevenzjoni flimkien mal-policy li tmexxihom. Kien mument

Laqgħa ta’ formazzjoni għall-aħwa Agostinjani Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Ġubilari tal-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita ta’ Cascia

Is-sena 2025 timmarka il-125 sena mil-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita mil-Papa Ljun XIII fis sena tal-Ġublew il-Kbir tal-1900. Fi ftit snin, Santa Rita kompliet issir waħda mill-aktar qaddisin popolari b’tant insara jirrikorru għall-interċessjoni tagħha quddiem Alla fil-każijiet l-aktar diffiċli. Il-fatt li għexet diversi stati differenti tal-ħajja u f’kull stat għarfet tkun sinjal ta’ tama bil-mod kif ġiebet ruħha, jagħmilha qaddisa tant qrib tad-devoti tagħha. Il-mod erojku li bih għexet il-ġrajjiet ta’

Ċelebrazzjonijiet Ġubilari tal-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita ta’ Cascia Kompli aqra »

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej”

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej” Il-Provinċja Agostinjana Maltija qegħda toffri programm ġdid fuq ir-radju, “Kbir Int Mulej”, li jistieden lis-semmiegħa jagħmlu vjaġġ fil-għerf etern ta’ L-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin. Dan il-programm, immexxi minn Mr Marcel Zammit Marmara bill-kollaborazzjoni ta’ Fr Peter Paul Cachia OSA, Ms Maryann Muscat u Fr Franco Grech OSA, jixxandar fuq Radju Marija kull nhar ta’ Tlieta fl-4:00 PM, b’ripetizzjoni oħra nhar ta’ Ġimgħa

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej” Kompli aqra »

Ħuna P. Paul Formosa OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej

Il-Provinċja Agostinjana Maltija b’sogħba kbira tħabbar il-mewt ta’ P. Paul Formosa OSA li llum 26 ta’ Diċembru 2024, mar jiltaqa’ mal-Mulej li ħabb u qeda matul ħajtu. Dawn l-aħħar xhur huwa kien residenti fid-Dar tal-Kleru minhabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu. Bħala reliġjuż u saċerdot f’Malta, P. Paul serva għal diversi snin bħala Pirjol fil-kunvent ta’ Ħal-Tarxien, għalliem u Rettur tal-kulleġġ Santu Wistin,  u dawn l-aħħar snin membru tal-Komunità tar-Rabat filwaqt li

Ħuna P. Paul Formosa OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej Kompli aqra »

Mument ta’ riflessjoni fiż-żmien tal-Avvent

Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru, l-aħwa agostinjani ltaqgħu f’The Santa Rita Priory f’San Ġiljan għal mument ta’ talb fi żmien l-Avvent. Fr Kevin Schembri mexxa riflessjoni fuq dan iż-żmien ta’ preparazzjoni u stennija. Wara mument qasir ta’ waqfa, l-aħwa inġabru għal adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesu’ Sagramentat u l-Barka Sagramentali.

Mument ta’ riflessjoni fiż-żmien tal-Avvent Kompli aqra »

Kungress dwar ir-Regola ta’ Santu Wistin f’Ruma

Bejn it-18 u t-22 ta’ Novembru inżamm f’Ruma Kungress Internazzjonali dwar ir-regola ta’ Santu Wistin bit-titlu, “Sub Regula Augustini: Il-Laqgħa mal-Kultura fl-Orizzont tal-Belt ta’ Alla ta’ Santu Wistin”. Il-Kungress li nżamm fil-Pontificium Institutum Augustinianum fetaħ b’indirizz ta’ merħba mill-Pirjol Ġenerali tal-Ordni ta’ Santu Wistin, P. Alejandro Moral Anton OSA , li enfasizza l-importanza tar-Regola ta’ Santu Wistin fil-ħajja u l-istorja tal-Ordni Agostinjan. Il-kungress kompla b’kelliema varji li taw preżentazzjonijiet interessanti

Kungress dwar ir-Regola ta’ Santu Wistin f’Ruma Kompli aqra »

Laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama (2025)

Nhar it-Tlieta 26 ta’ Novembru ser issir laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama mis-Sur Joe Farrugia, delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi. Din il-laqgħa ser tibda b’quddiesa fis-6pm fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien. Wara kulħadd huwa mistieden li jieħu xi ħaġa tajba flimkien. Min għandu bżonn trasport huwa ġentilment mitlub javża lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli.

Laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama (2025) Kompli aqra »

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru diversi ċelebrazzjonijiet, fosthom ċelebrazzjonijiet sbieh għat-tfal tal-lokal li fihom kien hemm partecipazzjoni sabiħa ħafna. Is-Sibt filgħaxija imbagħad ġiet iċċelebrata quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt, u wara ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li daret mat-toroq taċ-ċentru tar-raħal. L-għada l-Ħadd 10 ta’ Novembru imbagħad saret il-fiera tradizzjonali

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna

Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Dakinhar fl-10am, il-provinċjal flimkien ma diversi aħwa iċċelebra quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. Wara l-quddiesa l-aħwa mxew lejn l-oqbra tal-Provinċja u l-Provinċjal għamel talba u bierek l-istess oqbra. Dawn il-jiem il-Provinċjal għandu jgħamel anke żjara fuq l-oqbra  tal-aħwa fiċ-ċimiterju ta’ Għawdex.

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna Kompli aqra »