Restawr tal-Kampnar tal-Knisja San Mark

Ftit tal-ġimgħat ilu tlesta r-restawr fuq il-kampnar imponenti tal-Knisja konventwali ta’ San Mark fir-Rabat. Il-Knisja ta’ San Mark tinsab propju fil-bidu tar-Rabat quddiem id-daħla tal-Imdina u d-dehra tiegħu tagħmel parti mill-Iskyline pittoreska tal-Belt l-Antika. Il-kampnar kien inbena  fl-1910 u issa wara 115-il sena, qed jingħata lura d-dehra eleganti u sabiħa tiegħu.

Dan ir-restawr sar grazzi għall-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Minbarra r-restawr, ġiet installata ukoll sistema ġdida ta’ dawl ta’ konsum baxx biex iddawwal u tenfasizza l-estetika u l-arkitettura ta’ dan il-kampnar, kif ukoll sistema ta’ protezzjoni mill-maltemp u s-sajjetti.  

Il-Kunvent u l-Knisja ta’ San Mark tal-Patrijiet Agostinjani, jikkostitwixxu waħda mill-isbaħ binjiet f’Malta. Minkejja li l-kampnar inbena relattivament riċenti, il-Knisja – prototip tal-Konkatidral ta’ San Ġwann – inbniet mill-arkitett Ġlormu Cassar fis-Seklu 16. Il-kunvent kien twaqqa u nbena mill-ġdid fis-Seklu 18 mill-Arkitett Andrea Belli.

Scroll to Top