Laqgħa ta’ formazzjoni għall-aħwa Agostinjani

Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Jannar, saret laqgħa ta’ Formazzjoni għall-aħwa Agostinjani fid-The Santa Rita Priory, San Ġiljan. Il-laqgħa bdiet bit-talb ta’ filgħaxija u wara u kompliet b’sessjoni animata mis-Sur Mark Pellicano, head tas-Safeguarding Commission tal-Knisja f’Malta.

Dan il-mument serva biex fih ir-Reliġjużi Agostinjani ltaqgħu mas-sur Pellicano wara l-pubblikazzjoni tal-Policy gdida f’Novembru li għadda. Fil-Laqgħa Is-Sur Pellicano seta jippreżenta l-ħidma tiegħu u tal-istruttura ta’ prevenzjoni flimkien mal-policy li tmexxihom. Kien mument li fih l-aħwa setgħu jaqsmu anke l-ħsibijiet u l-mistoqsijiet tagħhom waqt li jikkonfermaw l-impenn favur ambjenti li jipprevenu kull tip ta’ abbuż.

Scroll to Top