- Jgħidu li l-affarijiet jinbidlu, li s-snin jgħaddu, li s-sema jinfetaħ u li l-istilel..mhux vera jaqgħu.
- Jgħidu li xejn ma jintilef u kollox għad jittrasforma ruħu..l-istess bħas-sħab li jiġu fuqek u jxarrbuk… u mbagħad jitilqu ‘l hemm.
- Jgħidu li l-imħabba tiġi meta l-inqas tistenniha, tinduna… għax tifqalek qalbek u għajnejk jiħmaru.
- Jgħidu li jekk tħares lejn il-baħar tliet darbiet mal-istess persuna, parti minn dik il-persuna, tibqa’ tiegħek/miegħek għal dejjem.
- Jgħidu li s-silenzji jistgħu jsiru kliem, u l-kliem jaf jsir storbju.
- Jgħidu li meta tagħmel għażla ticħad xi ħaġa, u li ticħad xi ħaġa…titlob minnek kuraġġ.
- Jgħidu li meta tkun taf taqa, dak jkun il-ħin li tinduna li lest ittir.
- Jgħidu li l-fortuna tippremja lil dawk li jkunu tajbin…lil dawk li qatt ma beżgħu jkunu dak li ħolmu.
- Jgħidu li l-paċenzja hi biss distanza, u li t-tenerezza…forza.
- Jgħidu li l-kxiexen mhumiex hemm biex tpoġġi fihom il-ħolm, u l-lejl jaf jixxotta d-dmugħ.
- Jgħidu li l-biża’ qisha bħal kolla…bħal tliet biċċiet ta’ vazun imkisser fir-ramel li jibqgħu hemm..anke meta r-riħ jkun jrid itajjar kollox.
- Jgħidu li għada għad jisbaħ u jgħaddi wkoll….bħal tbissima jew demgħa li jeħodhom ir-riħ.
- Jgħidu li biex tiġri, trid tkun taf l-ewwel timxi, u biex ittir, qatt m’hemm mument preċiz.
- Jgħidu li ngħaddu ħajjitna nibnu ħitan, imma mbagħad xorta nistennew li xi ħadd jħares lejna minn naħa l-oħra tal-ħajt.
- Jgħidu li n-nies jiltaqgħu darbtejn jew tlieta sakemm jkunu ħajjin.
Xtaqt naqsam magħkom dawn l-esperjenzi tal-ħajja, meta issa dalwaqt f’Novembru, niftakru fil-festa tal-Qaddisin kollha u fit-tifkira tal-mejtin kollha. U għalhekk sabih is-sigriet antik – li aħna wkoll tant nemmnuh fuq livell ta’ fidi – li tajjeb li saqajna nzommuhom ankrati hawn fl-art..għax hu hawn u issa li qed ngħixu; imma fl-istess ħin, tajjeb li f’kull esperjenza li ngħaddu minnha, ħarsitna nżommuha dejjem ‘l fuq..lejn is-sema..fejn hemm, jum wieħed, għad ingawdu lil Alla nnifsu. Din il-verita’ ġġorr fiha miraklu kbir ta’ sliem u qawwa.
…..U dwar dak li ktibt hawn fuq….jien ma nafx liema minn dawn kollha huma veri jew le…naf biss li kollha nixtiequ ħajja sabiħa għalina lkoll u li forsi nkunu….rigal għal xi ħadd iehor ukoll. Nawgura dan kollu lilna lkoll.
Fr Ray Francalanza OSA
Ottubru 2019