Iċċelebrati diversi festi fil-Kalendarju Agostinjan

Il-ġimgħat li għaddew ġabu magħhom diversi festi fil-kalendarju Liturġiku Agostinjan. Flimkien mal-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin fl-aħħar jiem ta’ Awwissu, fil-bidu ta’ Settembru, il-Kalendarju litturġiku Agostinjan jiċċelebra anke l-festa tal-Madonna tal-Konsolazzjoni bħala l-padruna tal-Ordni u l-festa ta’ San Nikola minn Tolentino bħala l-ewwel reliġjuż Agostinjan kanonizzat mill-knisja.  Dawn il-festi kienu ċċelebrati f’diversi knejjes Agostinjani fi ġranet differenti. Sadanitant f’Jum is-Solennita ta’ Santu Wistin l-aħwa Agostinjani ltaqgħu għal mument ta’ talb u ikla flimkien fil-kunvent tal-Belt Valletta.

Il-festi ta’ Santu Wistin u Santa Monika kienu ċċelebrati b’sollenita f’narhom fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Victoria Għawdex. Fil-Belt Valletta mbagħad il-Festa patronali ta’ Santu Wistin kienet iċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Settembru bi programm ta’ ċelebrazzjonijiet kemm fil-Knisja u anke fit-toroq tal-Belt Valletta.

Il-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura wkoll kienet iċċelebrata f’narha fil-knisja ta’ Santu Wistin ta’ Għawdex. Fil-Belt Valletta u fir-Rabat imbagħad kienet iċċelebrata fl-ewwel u t-tieni Sibt ta’ Settembru. Barra ċ-ċelebrazzjonijiet fil-Knisja, fiż-żewġ postijiet sar anke pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna. Il-Festa ta’ San Nikola minn Tolentino kienet iċċelebrata partikolarment fil-Knisja ddedikata lilu f’Ħal Tarxien fl-aħħar Sibt ta’ Settembru.

Sadanittant matul ix-xahar ta’ Settembru, diversi Parroċċi madwar Malta iċċelebraw il-festa tal-Madonna taċ-Ċintura bl-aħħar waħda tkun imbagħad dik tal-Gudja li tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru.

Scroll to Top