Kwareżimal b’Qalb Missjunarja

Nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar, il-kċina tal-Kulleġġ Santu Wistin (fil-Kampus tal-Primarja) mtliet b’ħidma, impenn u rwejjaħ sbieħ hekk kif inħmew 1,200 kwareżimal b’risq il-ħidma missjunarja Agostinjana fil-Kenja, fl-Afrika.

Din l-inizjattiva laqqgħet flimkien żgħażagħ, studenti u persuni li fil-passat għexu esperjenza missjunarja, kollha magħqudin minn xewqa waħda: li jaqdu u jappoġġjaw il-ħidma tas-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani lil hinn minn xtutna.

Kull kwareżimal jirrakkonta storja ta’ ġenerożità, fidi u solidarjetà — ġest żgħir iżda sinifikanti li jgħin biex il-missjonijiet ikomplu l-ħidma tagħhom ta’ tama, edukazzjoni u ħniena.

Nirringrazzjaw minn qalbna lil dawk kollha li ħmew, għenu, taw donazzjoni u appoġġjaw din l-inizjattiva. Flimkien, minn ġenerazzjoni għal oħra, qed inżommu ħaj l-ispirtu missjunarju.

Scroll to Top