SKOPRI GĦALIEX QED TGĦIX

Is-sejħa t’Alla għalik

Skopri min INT

Aħna Agostinjani
Nixtiequ nimxu miegħek il-mixja tal-ħajja bl-isfidi u l-mistoqsijiet li ġġib magħha.
Skopri min aħna… skopri s-sejħa li Alla għandu għalik

Musbieħ għal riġlejk

Created to share God’s love

The fundamental vocation of every human being is to love. This is not obvious to everyone today. Many people believe that human life is just an accident, a chance product of evolution, a meaningless event in a vast mechanical universe. It is certainly true that our lives have been shaped by many different forces, but there is a much deeper truth that we can discover through faith: Every single human

Read More »

Vocation as a call to a concrete ‘state of life’

Vocation as a call to a concrete ‘state of life’ – Christ has always called some people to follow him in concrete ways, by giving them a more specific vocation. In previous generations, the word ‘vocation’ would only have been used to describe the lives of priests and religious – because these people had in some sense been called ‘away’ from an ordinary life to a life of celibacy and

Read More »

Where am I going?

My Lord God, I have no idea where I am going. I do not see the road ahead of me. I cannot know for certain where it will end. Nor do I really know myself, and the fact that I think I am following Your will does not mean that I am actually doing so. But I believe that the desire to please You does in fact please you. And I

Read More »

għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-Ispirtu u l-Ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss fija l-preżenza tiegħek. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Ibqa’ miegħi, ħalli nsir niddi

Read More »

Għalliema

Saċerdoti

Missjunarji

Reliġjużi

Agostinjani

Skopri min AĦNA

Twaqqafna bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi komunitajiet ta’ eremiti fl-Italja u f’Malta ilna preżenti mis-seklu 14.

Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin.

Aħna naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji.

L-istejjer tagħna

Augustinian Heart Blog

Gospel

id-djamant tal-Milied

X’ifisser il-Milied? Min jaf kemm-il darba iċċelebrajnih! Ħa nieħdu xi aspetti partikolari. Ħa nibdew mis-simboli u li għandna hawn fuq l-artal Il-presepju – huwa immaġini tal-ġenna. Kollox juri paċi, mħabba, fulfiment, mingħajr biki. Hija ikona tal-vizzjoni ta’ Iżaija fejn Alla jimsaħ kull demgħa. It-tarbija fil-paċi. L-għar – huma post fejn igħixu l-baqar, ngħaġ u annimali u jieklu f’maxtura. U Ġesù qed f’maxtura tal-injam. Dak l-istess injam li mbagħad sar is-salib

Read More »
Vocational Reflection

2. Admiration

Admiration – Which people do you admire the most? Is it because of who they are or what they stand for or what they do? What is it about them or their vocation that you have been attracted to? What does it stir up in your own heart? Which person, alive now, would you most like to be? Which saints, from the past, inspire you most? Why? How to Discover

Read More »
Gospel

Intilfu u nstabu

Kemm ninkwetaw u nfittxu meta tintilef xi ħaġa u kemm iktar nifirħu u nikkalmaw meta nsibu dik il-ħaġa li nkunu tlifna. Għandna 3 parabboli. Jekk inħarsu ftit lejhom nindunaw li t-tlett parabboli għandhom l-istess format. Xi ħadd kellu xi ħaġa, imbagħad tilef waħda minnhom, imbagħad sab dik il-ħaġa l-mitlufa, u kollha jiddeskrivu l-ferħ li kellhom meta sabu dak li nfilef. 3 parabboli 99 + 1 = 100 9 + 1

Read More »
Gospel

vox pop

Illum saret moda din l-biċċa tal-vox pops…u għal diversi affarijiet nisimgħu jew naraw minn jistaqsi mistoqsijiet biex jitwieġbu.  U llum fl-evanġelju għandna wkoll mistoqsija jew aħjar żewġ mistoqsijiet. Ħafna drabi ma naħsbux fuq din il-ħaġa, imma nindunaw li l-Evanġelji huma mimlija bil-mistoqsijiet. Xi kultant jidher li hemm iktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Il-mistoqsijiet jfissru tfixxija, li wieħed ikun għatxan għall-għerf…ikunu mistoqsijiet ġenwini u mhux mistoqsijiet tricky.  U hawnhekk nindunaw li permezz

Read More »
Gospel

“min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni”

“min jilqa’ lilkom jilqa’ lili, u min jilqa’ lili jkun jilqa’ lil dak li bagħatni” Vers wieħed u 4 kelmiet l-istess: tilqa’. Li tilqa’ persuna jfisser li turi ospitalità. L-ospitalità hija l-proċess fejn wieħed barrani jkun taħt il-protezzjoni għall-ċertu żmien, u biex jimxi ‘l quddiem mill-protezzjoni bħala ħabib jew għadu. B’eżempju tajjeb li wieħed jirċievi ikun hemm reċiproċità f’dan it-trattament tajjeb. Ġesù dejjem laqa’ lil dawk li resqu viċin tiegħu,

Read More »

Mistoqsijiet Komuni

Ġejna mwaqqfa bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi eremiti fl-Italja u f’Malta aħna preżenti sa mis-seklu 14. Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin u naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji

F’Malta aħna preżenti f’6 komunitajiet: il-Belt Valletta, ir-Rabat, Ħal Tarxien, Tal-Pietà, Paceville u r-Rabat Għawdex.

Dawn huma t-tliet differenzi prinċipali bejn il-qassisin u l-patrijiet:

1. Fejn jgħixu

Il-qassisin iservu f’lokalità partikolari fid-djoċesi jew arċidjoċesi. Normalment, l-isqof jassenjahom f’parroċċa, fejn jgħixu b’mod indipendenti u jaħdmu mal-komunità tal-parroċċa. Kultant jgħixu ma’ saċerdoti oħra li jaqdu fil-parroċċa tagħhom, iżda kull wieħed jista’ jkollu l-proprjetà tiegħu.

Saċerdoti li huma f’ordni reliġjuża mhumiex assenjati għal djoċesi partikolari. Minflok, is-superjur tal-ordni (il-Pirjol Provinċjali) jgħid lis-saċerdot reliġjuż fejn se jgħix biex iwettaq il-ministeru tiegħu. Jista’ jkun f’belt differenti, jew saħansitra f’pajjiż differenti. Saċerdoti reliġjużi jgħixu flimkien f’komunità u jaqsmu kollox flimkien.

2. Il-missjoni tagħhom

Il-qassis huwa ġeneralment imsejjaħ biex jaqdi fil-parroċċa tiegħu, jiċċelebra l-quddiesa u jamministra s-sagramenti lill-parruċċani, fosthom il-magħmudija u r-rikonċiljazzjoni. Fl-istess ħin, imexxi l-parroċċa billi jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u finanzjarji. Barra minn hekk, il-qassis jaqdi l-bżonnijiet pastorali partikolari tal-parroċċa tiegħu, bħalma huma jżur il-morda u jakkumpanja spiritwalment lill-parruċċani.

Min-naħa l-oħra is-saċerdoti reliġjużi jistgħu jaħdmu f’varjetà wiesgħa ta’ ministeri inkluż parroċċa, fl-istess ħin huma wkoll jamministraw is-sagramenti u jiċċelebraw il-Quddiesa. Il-ħidma tagħhom tiddependi mill-kariżma tal-ordni reliġjuża tagħhom, li tirreferi għall-ispiritwalità u l-kariżma partikolari li għalih l-ordni twaqqaf. Il-ministeri jistgħu jinkludu t-tagħlim, il-ħidma mal-foqra, l-assistenza lill-anzjani, it-tmexxija ta’ ħajja kontemplattiva ta’ talb, u ħafna aktar.

3. Il-wegħdiet li jagħmlu

Is-saċerdoti kollha jagħmlu impenn importanti u uniku lejn il-Knisja meta jiddeċiedu li jidħlu fis-seminarju u meta jiġu ordnati. Imma hemm xi differenzi fit-tipi ta’ wegħdiet li jagħmlu l-qassisin, u meta jagħmluhom. Il-qassisin jagħmlu tliet wegħdiet lill-isqof fl-ordinazzjoni tagħhom:

  • Jitlob kuljum il-Liturġija tas-Sigħat
  • Li jobdi lill-isqof
  • Li jgħix ħajja ta’ ċelibat

Saċerdoti reliġjużi jagħmlu wegħdiet solenni temporanji qabel l-ordinazzjoni tagħhom bħala parti mill-formazzjoni tagħhom.

Wara perjodu  ta’ snin, skond l-ordni, huma jagħmlu wegħdiet solenni finali. Dawn il-wegħdiet, huma meħuda minn aħwa reliġjużi, nisa, u rġiel. Dawn huma t-tliet kunsilli evanġeliċi:

  • Faqar
  • Kastità
  • Ubbidjenza

Is-saċerdoti Djoċesani u s-saċerdoti reliġjużi huma rigali mill-isbaħ li Kristu tana fil-Knisja tiegħu, u bil-modi separati iżda kumplimentari tagħhom, jgħinu lill-Knisja tiffjorixxi.

Illum nitolbu b’mod speċjali għall-vokazzjonijiet għas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, u għall-vokazzjonijiet kollha għall-ħajja kkonsagrata.

Il-wegħdiet reliġjużi huma wegħdiet qaddisa. Huma jirriflettu stil tal-ħajja u impenn profond ta’ mħabba. Wara perjodu ta’ formazzjoni, il-membri ta’ komunitajiet reliġjużi rġiel u nisa, jistqarru pubblikament dawn il-wegħdiet ta’ faqar, kastità u ubbidjenza.

Il-wegħdiet reliġjużi jeħilsu bil-ferħ persuna biex tgħix għal Alla u permezz ta’ dik l-ewwel imħabba fis-sagrament tal-magħmudija taqdi lill-oħrajn bl-imħabba u tagħti xhieda tal-fedeltà, il-mogħdrija u l-kura ta’ Alla għal kulħadd.

Il-faqar hija l-wegħda li tistedinna ssejjaħna biex ngħixu fis-sempliċità. Aħna niddependu fuq il-ġenerożità tal-benefatturi tagħna u nimpenjaw ruħna li ngħixu f’komunità li tipprovdilna l-affarijiet materjali u finanzjarju tagħna. Il-vot tal-faqar huwa stedina biex nimxu wara Ġesù billi nħallu warajna l-ġid materjali minħabba s-Saltna tas-Smewwiet.

Il-kastità hija virtù personali – li tħobb lill-oħrajn b’mod xieraq bħala persuna ċelebi. Il-kastità hija stedina biex nirrinunzjaw iż-żwieġ u l-attività sesswali. Hija wkoll forma ta’ imħabba profonda ta’ sodisfazzjon kbir. Mhux kollox sagrifiċċju…. L-Agostinjani jieħdu sehem fl-imħabba intima u kasta tal-familja, il-ħbieb, u dawk li naqdu fil-ministeru.

L-ubbidjenza hija l-wegħda li nagħtu rispett lis-superjuri leġittimi tagħna. Is-superjur lokali tagħna jissejjaħ Pirjol, u għandu r-responsabbiltà għall-komunità lokali. Il-komunitajiet lokali huma organizzati fi Provinċji, immexxija minn Provinċjal. Il-Provinċjal iservi bħala l-Ordinarju, li jfisser li l-Provinċjal jieħu ħsieb jassenja fejn jgħixu u jaħdmu r-reliġjużi tal-provinċja.

Ir-Regola ta’ Santu Wistin tinkorpora l-prinċipji bażiċi tal-ispiritwalità Agostinjana tal-ħajja komunitarja reliġjuża. Din ir-Regola ta’ Santu Wistin inkitbet madwar is-sena 400.

  1. Dixxerniment
  2. Pre-novizzjat
  3. Novizzjat
  4. Voti Sempliċi
  5. Voti Solenni
  6. Ordinazzjoni djakonali
  7. Ordinazzjoni saċerdotali

Staqsi billi tidħol f’kuntatt magħna permezz ta’ din il-paġna, jew tkellem mad-direttur tal-vokazzjonijiet.

Tista’ ssibna wkoll fuq Facebook u Instagram.

Skopri min AĦNA u skopri min INT

Aħna noffru ukoll il-possibilità li żgħażagħ, jgħixu flimkien mal-komunità f’Tal-Pietà għal ftit jiem, fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-ħajja tagħna mibnija fuq l-esperjenza tal-ewwel Komunità Nisranija.

Matul dawn il-jiem, ikollhom iċ-ċans iduqu ftit mill-ħajja tagħna billi jaqsmu magħna t-talb, l-ewkaristija, l-ikel, il-ħidma, il-mument ta’ rikreazzjoni u partikolarment il-ħidma tagħna lejn ħutna fil-Knisja.

Fuq kollox aħna naqsmu flimkien is-sabiħ ta’ kull persuna bl-istorja partikolari billi niċċelebraw l-esperjenza u l-kwalitajiet ta’ kull wieħed minna.

Ejja nimxu flimkien.

Nixtiequ nisimgħu l-istorja tiegħek.

Jekk trid aħna lesti nakkumpanjawk u flimkien miegħek nibdew vjaġġ ta’ tiftix għas-sejħa u l-pjan sabiħ li Alla għandu għalik.

Imla din il-form t’hawn taħt u tkellem mad-direttur vokazzjonali tagħna.

"*" indicates required fields

Isem*
DD slash MM slash YYYY
This field is for validation purposes and should be left unchanged.

Scroll to Top