Donazzjoni lil ALS Malta

It-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2017, il-Provinċjal P. Raymond Francalanza osa, f’isem il-Provinċja kollha pprezenta s-somma ta’ Euro10,000 lil ALS Malta. Din kienet is-somma li ġbarna mill-komunitajiet tagħna kollha fis-sena ta’ Bi-Ċentinarju li temmejna f’Settembru li għadda.  Mr Bjorn Formosa li tiegħu kienet il-ħolma biex Malta jkollna dan is-servizz għal dawn il-persuni, laqa’ s-somma f’isem l-ALS Malta u appreza bil-qalb il-ġest tagħna lkoll u deher kemm kien emozzjonat. Dawn huma ġesti sbieħ, u l-Mulej żgur jappreza dak li għamilna.

 

 

 


© 2018 agostinjani.org. All Rights Reserved.