Prospero Cardinal Grech osa

 

Reflections and Articles written by His Emm. Prospero Cardinal Grech osa

 


 

Kard. P. Prospero Grech, Agostinjan

            Mill-qari tal-Evanġelju nafu li Ġesù kien kollu ħniena mal-midinbin u l-morda, imma l-Fariżej ma tantx kienu jinżlulu. Għaliex? Dawn kienu meqjusin bħala qaddisa mill-poplu; kienu mhux biss iżommu l-kmandamenti ta’Alla imma wkoll 613-il preċett ieħor li kellhom x’jaqsmu mal-ikel u ħwejjeġ oħra. Imma l-Fariżew spiss kien mimli bih innifsu; kien jaħseb li qiegħed jagħmel rigal lil Alla bl-osservanzi tiegħu. Mhux biss, imma kien marbut b’tant kmandamenti li biex jikseb xi ftit libertà kien jgħawweġ il-liġi kif kien jaqbillu. Hu ċar li mhux il-Fariżej kollha kienu hekk, imma l-fariżeiżmu nnifsu kien iħajrek għal din il-qagħda.


© 2019 agostinjani.org. All Rights Reserved.