Min hu?
Is-sejħa agostinjana
X’jagħmlek Agostinjan?
F’dinja individwalista li llum teżisti huwa wisq aktar importanti l-kliem ta’ Missierna Santu Wistin li huwa ħa mill-Atti tal-Appostli: “KEMM HU TAJJEB LI L-AĦWA JGĦIXU FLIMKIEN”. Kull fejn kont din kienet u għadha l-preokkupazzjoni kontinwa tiegħi.
Kif tara l-kariżma agostinjana fid-dinja tal-lum?
Bħal Santu Wistin, għandna ninkoraġixxu lil min jinsab fi triq tal-verità u niġru bla waqfien wara dawk li għadhom aljenati għat-tagħlimm ta’ Ġesù
Min hu l-agostinjan għalik?
Għalija tkun tassew Agostinjan jekk verament tħares lejn il-bżonnijiet spiritwali, intellettwali, materjali, umanitarji u soċjali tad-dinja llum. Din kienet il-preokkupazzjoni ta Missierna Santu Wistin u hekk għandna nkunu aħna wkoll.