Skopri min INT
Aħna Agostinjani
Nixtiequ nimxu miegħek il-mixja tal-ħajja bl-isfidi u l-mistoqsijiet li ġġib magħha.
Skopri min aħna… skopri s-sejħa li Alla għandu għalik
Musbieħ għal riġlejk

Santu Wistin jiktbilna…
Għażiż/a Jisimni Wistin. Għalkemm għext żmien ilu, għadni ħaj illum permezz tal-ħafna kitbiet li ħallejt warajha. Nixtieq li permezz ta’ din l-ittra ċkejkna nagħmlu bħal encounter bejnietna ta’ dak li għext, esperjenzajt, ġarrabt, irriflettejt, u ta’ kemm Alla tas-sorpriżi kien preżenti kontinwament minkejja d-diversi dubji u diffikultajiet li ltqajt magħhom fiż-żgħożija tiegħi. Għaliex, jiena bniedem u ngħix qalb il-bnedmin u “x’inhi qalbi jekk mhux qalb umana?”. Għalhekk ħabib, dawn huma

3. Enjoyment
3. Enjoyment – What do you like doing; not just for leisure or fun – but what kind of work and activities do you enjoy most? Which bring the best out of you and gives you satisfaction at the end of a hard day? How to Discover your vocation – Stephen Wang

Each vocation in the Church…
Each vocation in the Church has its origin in the compassionate gaze of Jesus, who forgives us and calls us to follow Him. — Pope Francis (@Pontifex) April 17, 2016

għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek
Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-Ispirtu u l-Ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss fija l-preżenza tiegħek. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Ibqa’ miegħi, ħalli nsir niddi

Vocation as a call to a concrete ‘state of life’
Vocation as a call to a concrete ‘state of life’ – Christ has always called some people to follow him in concrete ways, by giving them a more specific vocation. In previous generations, the word ‘vocation’ would only have been used to describe the lives of priests and religious – because these people had in some sense been called ‘away’ from an ordinary life to a life of celibacy and

To be saints…
To be saints is not a privilege for the few, but a vocation for everyone. — Pope Francis (@Pontifex) November 21, 2013
Għalliema
Saċerdoti
Missjunarji
Reliġjużi
Agostinjani
Skopri min AĦNA
Twaqqafna bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi komunitajiet ta’ eremiti fl-Italja u f’Malta ilna preżenti mis-seklu 14.
Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin.
Aħna naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji.
L-istejjer tagħna
Augustinian Heart Blog

Where am I going?
My Lord God, I have no idea where I am going. I do not see the road ahead of me. I cannot know for certain where it will end. Nor do I really know myself, and the fact that I think I am following Your will does not mean that I am actually doing so. But I believe that the desire to please You does in fact please you. And I

“Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu”
“Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu” Il-liturġija tal-kelma ta’ dan il-Ħadd tippreżentalna lil Kristu bħala l-persuna li aħna irridu nisimgħu fil-ħajja u li b’fidi fih u bil-għajnuna tiegħu nkunu kapaċi nwettqu dak kollu li Alla jitlob minna fil-ħajja u nirbħu kull diffikulta li niltaqgħu magħha. L-ewwel qari “Aqbad lil ibnek il-waħdieni, li inti tħobb … u hemm offrih b’sagrifiċċju tal-ħruq” – Quddiem ir-rakkont tal-ewwel qari, nibqa mistgħaġeb bil-fidi kbira li

5. Value
5. Value – Of the many projects and careers you are interested in, which of them are really worthwhile? Which allow you to contribute to something that is not just a waste of time? What do you actually believe in and want to promote? This doesn’t mean you have to choose a ‘religious’ or ‘charitable’ work – as if all the ordinary jobs people do in the world are a

aħna importanti għaliex aħna wlied Alla
Twaqqa’ għaċ-ċajt u status Is-silta tal-Evanġelu ta’ dan il-Ħadd turina grupp ta’ Saduċej jargumentaw ma’ Ġesù, li kienet xi ħaġa tipika, fejn jikkwotaw silta biblika kontra silta oħra. Is-Saduċej użaw teknika komuni fejn twaqqa’ għaċ-ċajt il-pożizzjoni tal-ieħor. Hemmhekk wieħed ma jkunux qed jieħu bis-serjetà l-punto di vista li jkun qed jesprimi ruħu, u lanqas ikun hemm smigħ veru ta’ dak li ħaddieħor qed jesprimi. Qatt sibt ruħek tagħmel dan ma’

Nkunu fidili f’dak li nagħmlu u ngħidu
Hija parabbola li tista tħawwdek. Is-sid huwa bniedem sinjur, b’possibiltà li għandu l-art. Huma kienu jqabbdu ‘managers’ biex jieħdu ħsieb il-business tagħhom. Setgħu jagħmlu bejgħ, loans, jiġbru d-dejn u jħalsu d-dejn għas-Sid tagħhom. Huma persuni li kellhom ċertu awtorita, ma humiex skjavi, li f’misapproprazzjoni, jistgħu jitkeċċew u jkunu umiljati. Il-manager moħħu jilħaqlu. Kien tifel ta’ żmienu, fejn tagħlmu s-sistema tar-reward u punishment biex jagħmel pjan għalih fis-snin li jaħdem u

Kulħadd jixtieq li jkun ferħan…
Il-ġenituri jixtiequ l-aħjar għall-ulied u Alla wkoll jixtieq l-aħjar għalina. X’inhu l-aħjar għalina? Kulħadd jixtieq li jkun ferħan. Alla jridna li nkunu ferħanin u ħalaqna biex inkunu ferħanin. Mela l-ferħ mhux il-mistoqsija. Il-mistoqsija hija kif niksbu l-ferħ? Jekk nixtiequ nkunu nafu kif inhi l-qalb ta’ Alla, ma għandnix iħarsu lejn affarijiet oħra ħlief lejn il-Beatitudnijiet. U la nafu kif inhi l-qalb ta’ Alla, dawn il-beatitudnijiet jistednuna biex nimitaw il-qalb t’Alla.
Mistoqsijiet Komuni
Ġejna mwaqqfa bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi eremiti fl-Italja u f’Malta aħna preżenti sa mis-seklu 14. Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin u naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji
F’Malta aħna preżenti f’6 komunitajiet: il-Belt Valletta, ir-Rabat, Ħal Tarxien, Tal-Pietà, Paceville u r-Rabat Għawdex.
Dawn huma t-tliet differenzi prinċipali bejn il-qassisin u l-patrijiet:
1. Fejn jgħixu
Il-qassisin iservu f’lokalità partikolari fid-djoċesi jew arċidjoċesi. Normalment, l-isqof jassenjahom f’parroċċa, fejn jgħixu b’mod indipendenti u jaħdmu mal-komunità tal-parroċċa. Kultant jgħixu ma’ saċerdoti oħra li jaqdu fil-parroċċa tagħhom, iżda kull wieħed jista’ jkollu l-proprjetà tiegħu.
Saċerdoti li huma f’ordni reliġjuża mhumiex assenjati għal djoċesi partikolari. Minflok, is-superjur tal-ordni (il-Pirjol Provinċjali) jgħid lis-saċerdot reliġjuż fejn se jgħix biex iwettaq il-ministeru tiegħu. Jista’ jkun f’belt differenti, jew saħansitra f’pajjiż differenti. Saċerdoti reliġjużi jgħixu flimkien f’komunità u jaqsmu kollox flimkien.
2. Il-missjoni tagħhom
Il-qassis huwa ġeneralment imsejjaħ biex jaqdi fil-parroċċa tiegħu, jiċċelebra l-quddiesa u jamministra s-sagramenti lill-parruċċani, fosthom il-magħmudija u r-rikonċiljazzjoni. Fl-istess ħin, imexxi l-parroċċa billi jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u finanzjarji. Barra minn hekk, il-qassis jaqdi l-bżonnijiet pastorali partikolari tal-parroċċa tiegħu, bħalma huma jżur il-morda u jakkumpanja spiritwalment lill-parruċċani.
Min-naħa l-oħra is-saċerdoti reliġjużi jistgħu jaħdmu f’varjetà wiesgħa ta’ ministeri inkluż parroċċa, fl-istess ħin huma wkoll jamministraw is-sagramenti u jiċċelebraw il-Quddiesa. Il-ħidma tagħhom tiddependi mill-kariżma tal-ordni reliġjuża tagħhom, li tirreferi għall-ispiritwalità u l-kariżma partikolari li għalih l-ordni twaqqaf. Il-ministeri jistgħu jinkludu t-tagħlim, il-ħidma mal-foqra, l-assistenza lill-anzjani, it-tmexxija ta’ ħajja kontemplattiva ta’ talb, u ħafna aktar.
3. Il-wegħdiet li jagħmlu
Is-saċerdoti kollha jagħmlu impenn importanti u uniku lejn il-Knisja meta jiddeċiedu li jidħlu fis-seminarju u meta jiġu ordnati. Imma hemm xi differenzi fit-tipi ta’ wegħdiet li jagħmlu l-qassisin, u meta jagħmluhom. Il-qassisin jagħmlu tliet wegħdiet lill-isqof fl-ordinazzjoni tagħhom:
- Jitlob kuljum il-Liturġija tas-Sigħat
- Li jobdi lill-isqof
- Li jgħix ħajja ta’ ċelibat
Saċerdoti reliġjużi jagħmlu wegħdiet solenni temporanji qabel l-ordinazzjoni tagħhom bħala parti mill-formazzjoni tagħhom.
Wara perjodu ta’ snin, skond l-ordni, huma jagħmlu wegħdiet solenni finali. Dawn il-wegħdiet, huma meħuda minn aħwa reliġjużi, nisa, u rġiel. Dawn huma t-tliet kunsilli evanġeliċi:
- Faqar
- Kastità
- Ubbidjenza
Is-saċerdoti Djoċesani u s-saċerdoti reliġjużi huma rigali mill-isbaħ li Kristu tana fil-Knisja tiegħu, u bil-modi separati iżda kumplimentari tagħhom, jgħinu lill-Knisja tiffjorixxi.
Illum nitolbu b’mod speċjali għall-vokazzjonijiet għas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, u għall-vokazzjonijiet kollha għall-ħajja kkonsagrata.
Il-wegħdiet reliġjużi huma wegħdiet qaddisa. Huma jirriflettu stil tal-ħajja u impenn profond ta’ mħabba. Wara perjodu ta’ formazzjoni, il-membri ta’ komunitajiet reliġjużi rġiel u nisa, jistqarru pubblikament dawn il-wegħdiet ta’ faqar, kastità u ubbidjenza.
Il-wegħdiet reliġjużi jeħilsu bil-ferħ persuna biex tgħix għal Alla u permezz ta’ dik l-ewwel imħabba fis-sagrament tal-magħmudija taqdi lill-oħrajn bl-imħabba u tagħti xhieda tal-fedeltà, il-mogħdrija u l-kura ta’ Alla għal kulħadd.
Il-faqar hija l-wegħda li tistedinna ssejjaħna biex ngħixu fis-sempliċità. Aħna niddependu fuq il-ġenerożità tal-benefatturi tagħna u nimpenjaw ruħna li ngħixu f’komunità li tipprovdilna l-affarijiet materjali u finanzjarju tagħna. Il-vot tal-faqar huwa stedina biex nimxu wara Ġesù billi nħallu warajna l-ġid materjali minħabba s-Saltna tas-Smewwiet.
Il-kastità hija virtù personali – li tħobb lill-oħrajn b’mod xieraq bħala persuna ċelebi. Il-kastità hija stedina biex nirrinunzjaw iż-żwieġ u l-attività sesswali. Hija wkoll forma ta’ imħabba profonda ta’ sodisfazzjon kbir. Mhux kollox sagrifiċċju…. L-Agostinjani jieħdu sehem fl-imħabba intima u kasta tal-familja, il-ħbieb, u dawk li naqdu fil-ministeru.
L-ubbidjenza hija l-wegħda li nagħtu rispett lis-superjuri leġittimi tagħna. Is-superjur lokali tagħna jissejjaħ Pirjol, u għandu r-responsabbiltà għall-komunità lokali. Il-komunitajiet lokali huma organizzati fi Provinċji, immexxija minn Provinċjal. Il-Provinċjal iservi bħala l-Ordinarju, li jfisser li l-Provinċjal jieħu ħsieb jassenja fejn jgħixu u jaħdmu r-reliġjużi tal-provinċja.
Ir-Regola ta’ Santu Wistin tinkorpora l-prinċipji bażiċi tal-ispiritwalità Agostinjana tal-ħajja komunitarja reliġjuża. Din ir-Regola ta’ Santu Wistin inkitbet madwar is-sena 400.
- Dixxerniment
- Pre-novizzjat
- Novizzjat
- Voti Sempliċi
- Voti Solenni
- Ordinazzjoni djakonali
- Ordinazzjoni saċerdotali
Staqsi billi tidħol f’kuntatt magħna permezz ta’ din il-paġna, jew tkellem mad-direttur tal-vokazzjonijiet.
Skopri min AĦNA u skopri min INT
Aħna noffru ukoll il-possibilità li żgħażagħ, jgħixu flimkien mal-komunità f’Tal-Pietà għal ftit jiem, fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-ħajja tagħna mibnija fuq l-esperjenza tal-ewwel Komunità Nisranija.
Matul dawn il-jiem, ikollhom iċ-ċans iduqu ftit mill-ħajja tagħna billi jaqsmu magħna t-talb, l-ewkaristija, l-ikel, il-ħidma, il-mument ta’ rikreazzjoni u partikolarment il-ħidma tagħna lejn ħutna fil-Knisja.
Fuq kollox aħna naqsmu flimkien is-sabiħ ta’ kull persuna bl-istorja partikolari billi niċċelebraw l-esperjenza u l-kwalitajiet ta’ kull wieħed minna.
Ejja nimxu flimkien.
Nixtiequ nisimgħu l-istorja tiegħek.
Jekk trid aħna lesti nakkumpanjawk u flimkien miegħek nibdew vjaġġ ta’ tiftix għas-sejħa u l-pjan sabiħ li Alla għandu għalik.
Imla din il-form t’hawn taħt u tkellem mad-direttur vokazzjonali tagħna.
"*" indicates required fields





