San Tumas ta' Villanova - 10 t'Ottubru

Twieled f’Fuenllana, Ciudad Real (Spanja) minn ġenituri reliġjużi u li minnhom wiret l-imħabba lejn il-proxxmu. Huwa ħa l-isem mill-belt ta’ Villanueva de los Infantes, li fiha marret toqgħod il-familja. Ta’ ħmistax il-sena bagħtuh biex jistudja l-università ta’ Alcalà fejn fl-1509 ġa it-titlu ta’ għalliem tal-loġika, fiżika u metafiżika. Għal tliet snin studja t-teoloġija u waqaf biss bejn l-1512 u l-1516 meta ħa l-katedra tal-loġika. Il-ħmistax –il sena li dam f’Alcalà wrew għal ħajtu kollha karattru tal-ħniena u tat tjieba tiegħu.

Fl-1516 mar Salamanka biex jidħol fl-Ordni Agostinjan u kien ġie ordnat saċerdot fl-1518 meta kellu 32 sena. Is-superjuri mill-ewwel intebħu bl-għerf tiegħu u għalhekk beda jingħata ħatra wara l-oħra: sar Pirjol f’Salamanca (1519-21) u wara reġa’ ġie magħżul għas-snin 1523-1525, sar Viżitatur tal-Provinċjal ta’ Castiglia (1525-1527), Provinċjal tal-Provinċja ta’ l-Andalusija (1527-1529), Pirjol ta’ Burgos (1531-1534). Provinċjal ta Castiglia (1534-1537) u reġa’ Pirjol ta’ Burgos (1541-1544).

Karlu V li kellu stima kbira lejh bħala wieħed għar-riforma tar-renju tiegħu ħatru bħala predikatur u konsulent tiegħu u meta fl-1544 is-sede arċiveskovili ta’ Valenzja kienet mingħajr isqof huwa ppreżentah bħala l-isqof ta’ din il-belt.

Valenzja kienet f’qagħda spiritwali ħażina billi kienet ilha għal seklu mingħajr isqof, ħafna saċerdoti ma kienux mixjin tajjeb u l-mori kienu qed iqumu. Tumas l-ewwel m’għamel kien li ikkrisjanizza d-djoċesi mill-ġdid u biex jifforma kleru li b’għemilu jagħti xhieda vera waqqaf kulleġġ-seminarju fl-1550. Għajjat sinodu u mar jinvista l-parroċċi kollha b’id ħabrieka u ta’ veru missier. Fost il-ħafna opri pastorali li għamel ta’ min isemmi tnejn minnhom: l-għajnuna lill-foqra u l-Evanġelizzazzjoni tal-mori. Il-bżulija tiegħu u ħidmitu fost in-nies għamlu minnu bniedem ta’ rispett kbir għal żmienu u ta’ isqof ideali.

Miet fl-1555 u ġie ddikjarat beatu fl-1618. Il-Papa Alessandru VII iddikjarah qaddis fl-1658. Il-Fdalijiet tiegħu qegħdin fil-katidral ta’ Valenzja.

Antonio Iturbe, o.s.a.*

SALÓN, M., OSA., Libro de los grandes y singularíssimos exemplos que dexó de sí... F. Thomás de V., Valencia 1588 (trad. it. 1619, 1658 e 1659); *VELA, VII, 233-302; GUTIERRES, D., OSA., S. T. de V. visto por sus contemporáneos, in La Ciudad de Dios 171 (1958) 564-598; RANO, B., OSA., Notas críticas sobre los 57 primeros años de S. T. de V., ivi, 646-718; *JOBIT, P., L’Evêque des pauvres: Saint Thomas de Villaneuve (1486-1555), Paris-Motreál 1961 (trad. sp. 1965); *CAMPOS, J., OSA., Bibliografía sobre S. T. de V., in La Ciudad de Dios 199 (1986) 513-42; LLIN CHAFER, A., Presencia de S. Augustin e S. T. de V., ivi 167-391; *STELLA, V., Prendi il mio lettuccio. T. de V., Roma 1992; TURRADO, A., OSA., S. T. de V. Maestro de teología y espiritualidad agustinianas, Madrid 1995.

 *V., T. de, OSA., in Dicc. de Hist. Eccl. de España IV, Madrid 1975, 2763-65 (riassunto).  

 

 

 


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.