Qaddisin Kollha tal-Ordni Agostinjan - 13 ta' Novembru

Mal-Familja Agostinjana kollha niċċelebraw il-festa ta’ ħutna l-Qaddisin li daħlu fil-hena ta’ Sidhom u qed igawdu l-ħarsa kollha mħabba tal-Missier. Hekk kif niftakru fil-Qaddisin kollha tagħna, infaħħru lil Alla għall-kobor tiegħu. Reliġjużi rġiel u nisa, isqfijiet, saċerdoti, lajċi, ilkoll marbutin f’rabta ta’ mħabba, u li taħt it-tmexxija ta’ Santu Wistin waslu fil-glorja tas-Saltna tas-sema.

Nitolbu l-interċessjoni ta’ dawn ħutna sabiex jidħlu għalina lkoll li għadna nterrqu l-pellegrinaġġ tal-fidi, u nimitawhom fl-imħabba sabiex aħna wkoll ningħaqdu magħhom fi tmiem il-pellegrinġġ tagħna fuq l-art.

 


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.