San Nikola ta' Tolentino - 10 ta' Settembru

San Nikola li jidher dejjem bi stilla fuq sidru twieled f’Sant’Anġlu f’Pontano u għex tletin sena f’Tolentino huwa meqjus bħala l-ewwel u l-ikbar qaddis ta’ l-Ordni Agostinjan. Fl-1256, is-sena tal-“Grande Unione” Nikola kellu ħdax-il sena u wara ftit ingħaqad fil-ħajja reliġjuża. Il-qdusija tiegħu hija mibnija fuq ħajja iebsa, talb bla waqfien, penitenza li kien jagħmel minn jeddu, u f’ħajja komuni u perfetta magħquda ma’ karità u mġieba twajba ma’ kulħadd. Kien iħoss ħafna għall-foqra materjali u spiritwali tal-bnedmin.

Huwa msejjaħ tawmaturgu għall-interċessjoni qawwija tiegħu quddiem Alla kif ukoll bħala protettur ta’ l-Erwieħ tal-Purgatorju u patrun kontra l-pesta u l-ħruq. Id-devozzjoni qawwija li kellu għal Omm Alla nisslet “il-ħobż ta’ San Nikola”. L-ikonografija ta’ dan il-qaddis turi l-forom differenti ta’ dawn il-karatteristiċi.

Il-figura tiegħu rqiqa, il-wiċċ daħkan u mimli ħniena, il-ħarsa tiegħu ħelwa u mimlija sliem. Hekk pinġewh, ftit wara mewtu, l-artisti ta’ żmien Giotto li jurina l-persunalità tiegħu u jġagħluna nħossuh bħala ħuna li jagħtina l-kuraġġ u jgħinna nimxu warajh.

Il-familja Agostinjana rat f’San Nikola il-mudell tal-qdusija. Fil-fatt San Nikola temm l-ħsieb li kien propost lis-Santa Sede fid-deċiżjoni ta’ l-għaqda ta’ ħafna gruppi eremiti f’Ordni wieħed: li joffri ftit min kollox – mill-kontemplazzjoni u l-apostolat, mit-tfittxija t’Alla u tal-problemi tal-bniedem – f’kelma waħda li l-ħajja reliġjuża ssir ħajja nisranija għall-poplu t’Alla.

“Kien ferħ għall-imdejqin, faraġ għall-imjassrin, għajnuna għall-fqar, ir-rimedju waħdani għall-ħabsin u l-morda. Kien iħoss mogħdrija kbira għall-midinbin. Kien jitlob, isum, iqaddes u jibki quddiem Alla għal ħafna li kienu jqerru għandu biex Alla jeħlishom mid-dlamijiet tad-dnub” (Giordano ta’ Sassonja).

Il-mewt tiegħu kienet trijonf. Għoxrin sena wara, fl-1325 bdiet il-kawża tal-kanonizzazzjoni. Id-dokumenti, mat-371 wieħed, materjal stampat, ġew ippreżentati ‘l-Papa fl-1326, iżda huwa ġie ddikjarat qaddis fl-1446.

 Il-fdalijiet tiegħu qegħdin fis-santwarju ta’ Tolentinu.

Pietro Bellini o.s.a.

Acta SS. Septembris, III, Venezia 1761, 636-743 (con la “Vita” di Pietro di Monterrubiano, 644-664); De inventione et reconitione reliquirum S. Nicolai a T., in AA. 13 (1929-30) 40-53; GENTILI, D., OSA., Un asceta e un apostolo, S.N. da T., Milano 1966 (2a ed. 1978); ID., N.da T., santo, in BS., IX, Roma 1967 (rist. 1989), 956-968; Il processo per la canonizzazione di S. N. Da T., Roma 1984; TRAPÈ, A., OSA., S.N. da T., un contempaltivo e un apostolo, Milano 1985; S. N., Tolentino, Le Marche. Contributi e ricerche sul Processo (a. 1325) per la Canonizzazione di S. N. da T., Tolentino 1987; ALONSO, C., OSA., Saggio bibliografico su S. N. da T., Tolentino 1991; Il Cappellone di S. N. da T., Milano 1992.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.