San Gulliermu ta' Malavalle - 23 t'Ottubru

Ftit li xejn nafu dwar dan il-qaddis eremita, iżda nafu żgur li twieled fi Franza u mar bħala pellegrin f’ħafna santwarji u meta kien ġie lura mill-Art Imqaddsa sab fit-Toscana post imwarrab fejn seta’ jgħaddi f’penitenzi ħorox l-aħħar jiem ta’ ħajtu. Għażel il-post imwarrab ta’ Malavalle, qrib Castiglione della Pescaia fil-provinċja ta’ Grosseto, fejn għadda l-aħħar snin fit-talb, fil-kwiet, fis-sawm u fil-provinċja sal-1157 meta għadda għal ħajja aħjar.

Ma waqqaf l-ebda Ordni reliġjuż u l-anqas kiteb xi Regola; iżda dawn wettaqhom dak li kien isejjaħ lilu nnifsu “il-qaddej tiegħek” Albertu u li ħa ħsiebu fl-aħħar xhur u kiteb dawk ir-regoli li wara ġew imsejħa Consuetudines e Regula Sancti Guillelmi.

Il-qabar tiegħu ġie malajr magħruf minn ħafna pellegrini devoti li ġew mit-Toscana, mil-Lazio u mill-Umbria. Xi wħud minn dawn waqfu f’Malavalle biex jimitaw il-ħajja ta’ eremita u ta’ penitenza ta’ dak li kienu jafuh bħala l-qaddis protettur tagħhom. Il-kult tiegħu kiber hekk malajr li ġie approvat mill-Papa Alessandru III bejn 1174 u 1181 u żdied meta ġie kkonfermat mill-Papa Innoċenzu III fl-1202.

B’din id-devozzjoni lejn il-qaddis eremita żdiedu d-dixxipli tiegħu li l-ewwel waslu fit-Toscana mbagħad fil-Lazio u fil-Marca t’Ancona fl-1244. Meta ħdax-il sena wara ġew imsejjħa biex jagħmlu parti mill-Ordni ta’ Santu Wistin huma kellhom diġà kunventi fit-tramuntana ta’ Franza, fil-Belġju ta’ llum, fil-Boemja u fl-Ungerija.

David Gutiérrez, o.s.a. (+ 1992)*

 Acta SS. Februarii II, 10 febb., Venetiis 1735, 433-491; MONGELLI, G., Legenda de vita et obitu S. Guglielmi confessoris et heremitae, in Samnium 33 (1960) 144-176 e 24 (1962) 70-119; ELM, K Beiträge zur Geschichte des Wilhelmitenordens, Köln-Graz 1962, 1-33; 172-191; MOTTIRONI, S., G. il Grande, o di M., in BS, VII, Roma 1966 (rist, 1988), 471-473; BAILLY, P., Guillelmites, in Dict.de Spirtitualité 6 (Paris 1967) 1267-75; NOVELLI, L., G. il Grande, o di M., in DIP, 4, Roma 1977, 1492-93; CASTELLANI, C., Dall’eremo al ceobio: la comunità agostiniana di S. G. di M., in AA. 48 (1985) 219-256.

*GUTIÉRREZ, D., OSA., I/1, 40-41 (it., 58-59).


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.