Beatu Stiefnu Bellesini - 3 ta' Frar

Twieled fi Trento ġo familja sinjura u ta’ tmintax-il sena daħal Agostinjan fil-kunvent ta’ San Mark. Mar Bologna għan-novizzjat u wara Ruma, iżda reġa’ mar lura Bologna biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Imġiegħel mit-truppi ta’ Napuljun biex jitlaq mill-istat tal-Papa mar lura Trento fejn ġie ordnat saċerdot fl-1797. Għex fil-kunvent ta’ San Mark sal-1809 meta dan ġie magħluq.

Rega’ mar mal-familja u ntefa fuq l-għajnuna lit-tfal u fetaħ skola b’xejn fid-dar tiegħu. Baqa’ jagħmel dan sakemm ġie lura l-Gvern Awstrijak u b’hekk huwa kien tant stmat u rabba’ fiduċja hekk kbira fost in-nies li l-awtoritajiet ċivili għamluh spettur ġenerali ta’ l-iskejjel ta’ Trento. Fil-bidu it-tfal li kien jgħallem ma kienux iżjed minn mija, iżda wara żmien kienu bl-eluf.

Patri Stiefnu xtaq jibqa’ fidil għall-professjoni tiegħu reliġjuża u meta ra li ma kienx possibbli jagħmel dan fil-belt tiegħu għax il-gvern ma riedx jerga’ jiftaħ il-kunvent ta’ San Mark, fl-1817 telaq dan ix-xogħol ta’ l-iskola u bil-moħbi mar Bologna fl-istat tal-Papa fejn kienet reġgħet bdiet il-ħajja reliġjuża. Meta l-awtoritajiet ta’ Trento stidnuh jerġa’ lura huwa qalilhom li ma setax minħabba r-rabta li kellu m’Alla bil-voti reliġjużi li kien ħa u r-reliġjon, l-omm li tant kien iħobb, u li magħha kien marbut. Il-Ġeneral ta’ l-Ordni f’Ruma għajjatlu biex jagħmilha ta’ surmast tan-novizzi u fl-1826 bagħtuh Genazzano fis-santwarju tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb. Hawn għadda l-aħħar snin ta’ħajtu fuq xogħol parrokkjali jgħin lill-foqra u lit-tfal, xogħol li tant kien dejjem għal qalbu. Miet fit-2 ta’ Frar 1840 bil-pesta li huwa ħa waqt li kien jassisti lin-nies tal-parroċċa.

Il-fdalijiet tiegħu jinsabu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb f’Genazzano.

Fl-1904 il-Papa Piju X ipproklamah beatu. Fost il-folla li kien hemm għal din iċ-ċerimonja kien hemm ħafna skulari tiegħu li kienu xjieħu iżda bis-saħħa tiegħu għexu ħajja tajba. In-nies ta’ Genezzano kienu dawk li bħala tfal kemm–il darba kienu jiġbdulu l-ibsa jew jagħtuh xi gambetta.

Fernando Rojo, o.s.a.

Sacra Tituum Congregatione. Romana seu Praenestina et Tridentina beatficationis et canonizationis Ven. Servi Dei Stephani B. Positio super virtutibus, Roamae 1888; *RIDDARDI, D., Un santo fra i poveri e ragazzi. Vita del B. S. B., Milano 1970; *Epistolario. Ed. a cura di Carlos Alonso, Roma 1974; GIOTTARDI, G.- VIVALDELLI, C., Trento fra siori e pezotéri. S. B. E il risveglio sociale nel Trentino (1796-1817), Trento 1974; ORCASITAS, M. A., OSA., Nel 150º anniversario della morte del B. S. B., in AOSA. 38 (1991) 65-67; *GALDEANO, J. LUIS, OSA., El Beato Esteban B., agustino (1774-1840). Un educador para el pueblo, un pastor para los pobres, Madrid 1994.

© 2023 agostinjani.org. All Rights Reserved.