Beatu Klement minn Osimo - 19 ta' Mejju

Twieled f’Osimo fil-Marche fil-bidu tas-seklu XIII (hemm xi kittieba li jgħidu li kien minn S. Elpidio). Fl-1256 meta kien għadu tfajjel daħal fil-kongregazzjoni ta’ eremiti ta’ Brettino, li ngħaqad ma’ l-Ordni Agostinjan fl-1256. Fl-1269 kien ġa provinċjal ta’ Ancona. Kien Ġeneral ta’ l-Ordni Agostinjan fl-1256. Fl-1269 kien ġa provinċjal ta’ Ancona.

Kien Ġeneral ta’ l-Ordni għal tliet snin mill-1271. Wara li ma riedx ikompli ta’ Ġeneral għex ħajja mwarrba u kellu x-xogħol ta’ Viżitatur tal-Provinċja ta’ Ruma. Ġie elett għat-tieni darba fl-1284, ikkonfermat fl-1287 u mġiegħel jaċċetta dax-xogħol mill-kapitlu ta’ Ratisbona fl-1290. Iżda l-mewt ġiet fuqu fir-Rebbiegħa tas-sena ta’ wara.

Bħala superjur kien jaħdem bla waqfien, kien jinsisti fuq il-ħajja reliġjuża, irnexxielu iġib għajnuna ta’ flus, ġab mingħand il-Papa l-privileġġ tal-ħelsien mill-ġurisdizzjoni ta’ l-isqfijiet, waqqaf kunventi tan-nisa, u bibljoteka u arkivji provinċjali, eċċ.

Bħala superjur Klement jispikka fi tliet affarijiet: fl-1284 ta bidu fl-Ordni għat-tradizzjoni Marjana bil-“Benedicta Tu” u bil-“Vigiliae B.M. Virginis” għall-unur tal-Madonna tal Grazzja; ta formazzjoni u xerred il-Kostituzzjonijiet imsejjħa “Ratisbonensi” (1290) li baqgħu sal-Konċilju ta’ Trentu, kif ukoll ta saħħa l-kultura fl-Ordni billi waqqaf Universitajiet ta’ tagħlim ġenerali f’Ruma, f’Bolonja, f’Padova, f’Napli u f’Pariġi.

B’fama ta’ tawmaturgu u qaddis miet fit-18 t’April 1291 f’Orvieto fejn indifen. Fl-aħħar tas-seklu XIX il-fdalijiet tiegħu ġew meħuda fil knisja ta’ Santu Wistin f’Ruma, u fl-1970 fil-kappella tal-Kurja Ġeneraliżja Agostinjana. Il-Papa Klement XIII fl-1761 ikkonferma l-kult tiegħu “ab immemorabili”.

Rafael Lazcano, o.s.a.*

Acta SS. Aprilis I, Venezia 1737, 804-05; ARBESMANN,R., OSA., A legendary of Early Augusitnians Saints, in AA. 29 (1966) 17-25 (trad. Ingl. 1994); ALONSO, C., OSA., El beato C. de O. (+1291), tercer Prior ġeneral de los Agustinos, Roma 1970 (trad. Ingl. 1988; it. 1991); GUTIÉRREZ. I/1, 74-83, 92-100, 148-150 (trad. it. 106-118; 130-141; 212-214); ORCASITAS, M.A., OSA., VII Centenario de la muerte de beato C. de O. Carta a todos los Hermanos y Hermanas de la Orden, Roma, 18 mayo 1991, in AOSA, 39 (1992) 73-76; RONDINA, M., OSA., Beato C. Agostiniano. Conoscerlo, imitarlo, pregarlo, Tolentino 1991 (trad. ted. 1991).

*LAZCANO G. 25-29 (traduzzjoni fil-qosor).


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.