Beatu Kerubinu Testa minn Avigliana - 16 ta' Diċembru

Fl-1451 Kerubinu twieled mill-familja nobbli Testa f’Avigliana (Turin). Mill-ewwel intefa’ għall-ħajja reliġjuża u ngħaqad ma’ l-Eremiti ta’ Santu Wistin fil-kunvent tal-post imwaqqaf mill-beatu Adrijanu Berzetta minn Buronzo. Hawnhekk għex ħajja mingħajr frugħat f’mortifikazzjonijiet u qdusija, dejjem lest biex jobdi u jgħin. Kien magħruf għas-safa tiegħu u għad-devozzjoni kbira li kellu għall-Passjoni ta’ Kristu. Ta’ sikwit kien jgħaddi l-ġurnata f’biki u kontemplazzjoni lejn Ġesù Msallab.

Kerubinu miet meta kellu tmienja u għoxrin sena fis-17 ta’ Settembru 1479 fl-istess kunvent ta’ Avigliana. Jgħidu li waqt li kienet ħierġa ruħu l-qniepen tal-post bdew idoqqu weħedhom biex bħallikieku kienu qegħdin juru d-daħla tiegħu fil-ġenna. Fit-tpinġija li darba kienet fid-daħla tal-kunvent antik Agostinjan ta’ Tolentinu fil-Marche, il-beatu Kerubinu kien impinġi b’raġġiera, b’ġilju ħiereġ minn qalbu u b’kurċifiss f’idu l-leminija u kien hemm kitba li tgħid Beatus Cherubinus de Aviliana, conventus S. Augustini Avilianae magnus splendor. Hemm xi kittieba Agostinjani fosthom it-Torelli u l-Elsen li jgħidu li l-ġilju ħiereġ minn qalbu kien tabilħaqq juri r-riħa li kienu jxommu l-patrijiet ħierġa mill-qabar tiegħu waqt li huma kienu jkunu sejrin għall-kor u meta kien deċiż li jinqala’ l-fdal tiegħu biex jitpoġġa f’post aħjar malli fetħuh b’miraklu ħareġ ġilju minn qalbu.

Dawn il-mirakli ġew studjati wara mewtu u tant ikkonfermaw il-qdusija tiegħu li fil-21 ta’ Settembru 1868 il-Papa Piju IX għamlu beatu.

Niccolò del Re*

 

Sacra Rituum Congregatione. Confirmationis cultus ab immemorabili tempore praestit Servi Dei C. T. ad A., Romae 1865; IMPEROR, G.B. Cuor-giglio, ossia il B. C. della nobile famiglia Testa, Torino 1880; ID., Vita del Beato C. T. sacerdote agostiniano, Torino 1884; *HUMPFHER, W., OSA., Cherubin v. A., in Lexicon fúr Theologie und Kirche II (1958) 1045-46; AA. VV., Il Beato C. T., una presenza in A., Giaveno – Torino 1980.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.