Beatu Ġakbu minn Viterbo - 4 ta' Ġunju

Forsi ġej minn familja nobbli Capocci, twieled f’Viterbo fl-1255 imma ma nafu xejn dwar żgħożitu, Mill-ewwel beda ħajja reliġjuża għax fl-1272 daħal ma’ l-Eremiti ta’ Santu Wistin u ħa l-libsa fil-kunvent tas-Santissima Trinità f’Viterbo. Qabel, fl-1275 ġie mibgħut Pariġi biex jistudja t-teoloġija fil-kulleġġ ta’ l-Ordni tiegħu u kien imur għal lezzjonijiet ta’ Eġidju Romano li kien jistmah ħafna. Wara li fl-1281 jew fl-1282 ġie lura f’pajjiżu. Fl-1283 kellu f’idejh ix-xogħol ta’ definitur tal-Provinċja Rumana. Fl-1284 kien viżitatur iżda fl-1285 reġa’ sar definitur filwaqt li x’aktarx kien ukoll lettur f’xi kunvent ta’ l-istess provinċja.

Forsi flimkien ma’ Eġidju Romano reġa’ lura Pariġi fl-1286 biex ikompli l-istudji tat-teoloġija u ħa l-baċellerat fl-1288 u wara li spiċċa n-novizzjat ħa d-dottorat f’Għid il-kbir tal-1293. Kien ġie magħżul minn Eġidju Romano Pirjol Ġenerali ta’ l-Ordni kif ukoll rettur tal-Kulleġġ f’Pariġi sal 1299. Wara li ġie lura l-Italja fl-1300 għallem għal sentejn fil-kulleġġ ta’ Napli, iżda kellu jitlaq għaliex il-Papa Bonifazju VIII fit-3 ta’ Settembru 1302 ħatru arċisqof ta’ Benevento u fis-6 jew it 12 ta’ Diċembru ta’ l-istess sena ġie mibgħut fid-djoċesi ta’ Napli fejn kellu l-istima tar-Re Karlu II t’Angiò u tat-tifel Roberto, duka tal Calabria, li għenu fil-bini tal-kattidral il-ġdid.

Fit-13 ta’ Mejju 1306 beda jittratta l-kawża tal-kanonizzazzjoni tal-Papa Ċelestinu V li ġiet fdata f’idejh mill-Papa Klement V. Hu ħa ħsieb ta’ kollox u kien imur hu stess jiġbor ix-xhieda f’dawk l-inħawi fejn Pietru ta’ Morrone għadda ħajja ta’ penitenza. Huwa baqa’ sejjer b’dan ix-xogħol sa mewtu li ġrat f’Napli fejn miet ta’ qaddis. Ġakbu mill-ewwel kien meqjus bħala qaddis u dan ġie kkonfermat uffiċjalment fl-1911.

Meqjus bħala wieħed mill-aqwa teologu għall-intelliġenza tiegħu ġie onorat bit-titlu ta’ Doctor Speculativus. L-uniku xogħol ta’ Ġakbu li kien ippublikat kollu huwa De Regimine Christiano li kiteb fl-1303 meta kien hemm il-ġlieda bejn il-Papa Bonifazju VIII u Filippu il Bello u nistgħu ngħidu li dan kien l-ewwel trattat fuq il-Knisja.

Niccolò Del Re*

 

DE ROMANIS, A. C. OSA., Cenni biografici del b. G. da V., Viterbo 1911. Neapolitana. Confimationis cultus ab immemorabile tempore praestiti servo Dei Jacobo Capocccio. Positio super confirmatione cultus, Roma 1911; MARIANI, U., OSA., Scrittori politici agostiniani del sec. XIV, Firenze 1927, 64-99; GUTIÉRREZ, D., OSA., De b. Jacobi Viterbiensis, OESA., vita, operibus et doctrina theologica, Roma 1939; * RIZZACASA, A. – MARCOALDI, G. B. M. in Il governo della Chiesa. De regimine Christiano, Firenze 1993, 7-95.

 *In BS. VI, Roma 1965 (rist. 1988), 425-427.  Letteralment fil-qosor.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.