Beatu Federiku minn Ratisbona - 29 ta' Novembru

Twieled f’Ratisbona minn ġenituri ta’ klassi medja u daħal fratell lajk fil-kunvent ta’ Santu Wistin. Kien jaqdi lill-komunità bħala mastrudaxxa u kien iġib ukoll l-ħatab għall-użu ta’ kuljum. Waqt li kien jaħdem kien jitlob u għalhekk kien magħruf għal qdusija, għall-umiltà u għad-devozzjoni kbira li kellu għall-Ewkaristija.

Ftit nafu fuq ħajtu iżda hemm xi ġrajjiet. Fil-bidu tas-seklu għoxrin instabu tnejn minnhom fil-bibljoteka tal-kapitlu metropolitana ta’ Pariġi u ġew ippubblikati mill-kanonku Dottor Podlaha, L-awtur Patri Hieronymus Streitel, superjur ta’ Ratisbona u kronista ta’ l-Ordni fl-ewwel snin tas-seklu XVI kien ġabar xi stejjer speċjalment dawk li ġew miġbura għall-komunità ta’ Ratisbona minn Patri Konrad Schleier li ried isebbaħ il-qabar ta’ Federiku. L-istorja l-iżjed magħrufa hija dik ta’ meta Federiku li ma setax imur għall-quddiesa waqt li kien qed jaħdem irċieva s-sagrament minn idejn anġlu. Billi dawn l-istejjer ġew miżjuda llum wieħed ma tantx jemminhom, iżda n-narratur medjevali ma kienx interessat fil-ħajja tal-qaddisin daqs kemm kien interessat fix-xhieda li taw bi qdusithom. Huwa kellu l-ħsieb li juri xbihat ta’ virtù u ta’ ideal reliġjuż li bihom kien jiġbed l-erwieħ. Stejjer bħal dawn juru d-devozzjoni qawwija tal-beatu tagħna u kemm influwenza lin-nies ta’ żmienu u l-qima lejh.

Is-serv t’Alla Patri Piju Keller għamel kull ma seta’ sakemm il-Papa Piju X fit-12 ta’ Mejju 1909 ipproklama lil Federiku beatu.

Rudolph Arbesmann, o.s.a. (+ 1982)*

 Il-fdalijiet tiegħu mis-sena 1913, flimkien ma’ pittura antika fuq il-ħajja tal-Beatu, huma esposti għall-kult fil-knisja ta’ Santa Ċeċilja ta’ Ratisbona.

 Sacra Rituum Congregazione. Ratisbonen. Confirmationis cultus ab immemorabili tempore praestit Servo Dei Federico a Ratisbona. Positio super cultu ab immemorabili, Roma 1909; Decretum confrmationis cultus, in AAS I (1909) 495-501 (in AA. 3. 129-31); FARIÑA, J. A., OSA., Vita del beato F. de R., El Escorial 1932 (prol. Di P. Clemes Fuhl); HÜMPFNER, W., OSA., Friedrich v. Regensburg, in Lexicon für Theoligie und Kirche IV (1960) 385-86; 700. Jahre Augustiner in Regensburg, 1267-1967, Tegensburg 1967; 650. Todestag des seligen Friedrich von Regesburg aus den Augustinerorden am 29. Novembrer 1979, in Cor Unum, 37 (1978) 130-135.

*In Das Erbe St. Augustins: Die Heiligenunseres Ordens, Würzburg 1979, 52-53 (traduzzjoni fil-qosor).


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.