Beata Elena Valentini minn Udine - 23 t'April

Twieldet fl-1396 jew 1397 f’Udine minn familja tal-Maniago u żżewġet fl-1414 lin-nobbli Antonio Cavalcanti u minnu kellha sitt itfal. Fl-1441 romlot u ddeċidiet li twarrab mid-dinja billi kienet influwenzata mill-kelma qawwija tal-Agostinjan Angelo ta’ San Severino. Saret Agostinjana terzjarja, iżda baqgħet tgħix fid-dar ta’ żewġha fejn damet sal-1446 u wara marret m’oħtha Perfetta li kienet ukoll saret terzjarja Agostinjana.

Fit-tmintax-il sena li għexet ir-reliġjon hija kienet tagħmel ħafna penitenzi u ġieli kienet tieħu ħobż u ilma biss u torqod fuq il-ġebel mgħottija bi ftit tiben. Kienet ukoll issawwat lilha nfisha sa kemm toħroġ id-demm u tuża żraben li fihom kienet tpoġġi xi żrar biex tpatti (kif kienet tgħid hi) għall-imħabba li kelli għaż-żfin li f’dak iż-żmien ġagħlitni noffendi l-Mulej u għall-imħabba għall ħelu Ġesù tiegħi li mexa għal tlieta u tletin sena sħaħ fid-dinja.

Fil-forom kollha ta’ penitenza li kienet tagħmel kienet iżżomm quddiem għajnejha żewġ affarijiet – li timita lil Kristu u li tpatti għal dawk is-snin li għexet ħajja tad-dinja. Hija kienet tingħalaq f’kamra żgħira li bniet ġo darha stess u li minnha kienet toħroġ biss biex titlob u timmedita fil-knisja ta’ Santa Luċija. Biex tiġi mfarrġa fil-ħajja ta’ abbandun u taqbid kienet tintrefa f’estasi u kellha dehriet tas-sema u Alla taha l-qawwa li tagħmel mirakli u tkun taf dak li hu moħbi.

Meta kisret il-femuri t-tnejn mitfugħa fuq dak li kienet timtedd tistenna l-mewt li waslet fit-23 t’April 1458. Wara il-fdal tagħha ġie maqlugħ kemm-il darba, fl-1845 tpoġġa fid-Duomo fejn għadu hemm sa llum.

Fl-1848 il-Papa Piju IX iddikjarha beata.

Niccolo del Re*

Acta SS. Aprilis III, Anversa 1675, 247-58. Utinen. Confirmationis cultus ab immemorabili tempor praestiti Helena Utunensi, tertii Ordinis Eremitarum S. Augustini, beatae nuncupatae, Romae 1848; CAMORETTO, A., Vita della b. E., Udine 1760; FABRIS, L., Vita della b. E. V. Udine 1849; V., G., La b. E. V., terziaria agostiniana, Udine 1950; *BIASUTTI, G., Profilo spirituale della b. E. V. (concenni storiċi inediti), Udine 1958; GUTIERREZ, D., OSA., I/2, 262-65 (it., 394-98); *TILATTI, A., ‘Per man di notaro’. La b. E. V. da U. tra documenti noarili e legende agiografiche, in Cristinaesimo nella stroia VIII (1987) 501-520; *SIMONE DA ROMA, OSA., Libro over Legenda della B. Helena da Udine. A cura di Andrea Tilatti, Udine 1988.

*Valentini, E., vedova, terziaria agostiniana, beata, in BS., XII, Roma 1969 (rist. 1990). C. 886-87 (riassunto letterale).


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.