Beatu Avelino Rodriguez u sħabu - 8 ta' Novembru

Fost il-ħafna martri Agostinjani li mietu fi Spanja fi żmien il-persekuzzjoni tas-snin 1930, l-Ordni beda l-proċess tal-kanonizzazzjoni ta’ ħames gruppi. L-ewwel wieħed huwa l-iżjed li fih, minn ħamsa u sittin reliġjuż li ġew mill-Monasteru ta’ El Escorial, l-ewwel fosthom il-Provinċjal Avellinu Rodriguez u l-Assistent Ġeneral Marjanu Revilla. It-tieni grupp ta’ 10 membri tal-kulleġġ-seminarju ta’ Uclés (Cuenca) u t-tielet grupp ta’ tlieta mid-dar ta’ Gijón u sitta mill-kulleġġ ta’ Santander. It-tnejn l-oħra, wieħed tal-komunità ta’ Malaga u l-aħħar ta’ għaxra mid-dar-infermerija ta’ Caudete (Albacete). L-iskema hija din:

 

1

2

3

4

5

6

Madrid

1950-1955

65

Matritense

17.02.56

27.11.91

Cuenca

1953-1956

10

Spanja

24.05.57

08.11.91

Oviedo

1957-1961

9

Spanja

05.06.62

16.11.91

Malaga

1964-1967

4

Matritese

31.10.89

20.12.91

Albacete

1956-1963

10

Spanja

23.03.93

13.13.91

 

Digriet ta’ l-unifikazzjoni 27.04.90 – Kunsenja tal-Positio 1996.

1.Il-post fejn saret l-inkjesta tad-djoċesi. 2.Is-snin li ħadet. 3.In-numru tal-martri. 4.Il-provinċja li bdiet il-kawża. 5.Meta beda l-proċess tal-Kongregazzjoni tal-qaddisin. 6.Meta ngħata d-digriet tal-validità.

Din l-offerta ġeneruża lil Alla fiha nnifisha għaqdet flimkien dawn it-tmienja u disgħin reliġjużi li kienu ta’ kull età u kundizzjoni! Dawn kienu żgħażagħ li għexu bil-ħsieb li jsiru saċerdoti iżda l-ewwel quddiesa tagħhom kien il-qtil tagħhom. Dawn kienu r-rgħajja li l-aqwa priedka tagħhom kienet li jħallu ħajjithom. Kienu aħwa lajċi fl-aqwa servizz tagħhom – professuri li kienu lesti biex iqattgħu ħajjithom għat-tagħlim tal-ħajja u tal-kristjaneżmu liż-żgħażagħ. Il-martirju tagħhom kien l-aqwa lezzjoni li setgħu jagħtu. Kienu anzjani li waslu fl-aħħar ta’ ħajjithom imwassal bil-fidi u mhux bl-età jew bil-mard.

Jalla ma jissemmewx fl-istorja bħala “suldati bla isem” jew ta’ eroj mhux magħrufa ta’ gwerra li qatt ma għamlu. L-eżempju tal-fedeltà lejn il-professjoni tagħhom u l-wirt tax-xhieda tagħhom jiffurmaw paġna tal-biki iżda ferrieħa li tibqa’ miftuħa.

Fernando Rojo, o.s.a.

LLAMAS, J., OSA., Mártires agustinos de El Escorial, El Escorial 1940; VICUÑA, C., OSA., Mártires Agustinos de El Escorial, El Escorial 1943 (2ª ed. 1945); SANZ, A., OSA., Dolor agustiniano, Madrid 1947; FUEYO, A. DEL, OSA., Los Agustinos en la Revolución, Bilbao 1974; *MONTERO, A., Historia de la persecución religiosa en España (1936-1930). Ed. BAC, Madrid 1961 (rist. 2000); Congregatio de Causis Sanctorum. Matriten et aliarum. Beatificationis seu declaratonis martyrii servorum Dei Avellini Rodríguez et 97 sociorum ex Ordine S. Augustini. Positio super martyrio, Roma 1993-95, 3 v.; CARCEL ORTÍ, V., La gran persecución España, 1931-1939, Barcelona 2000.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.