Beatu Antonio ta' Amandola - 29 ta' Jannar

Twieled fis-17 ta’ Jannar 1355 minn Simpliciano Migliorati li kien bidwi. Il-qdusija ta’ San Nikola minn Tolentinu li miet fl-1305 wasslitu biex jidħol ma’ l-Agostinjani ta’ pajjiżu fejn sar saċerdot.

Għex għal tnax-il sena fil-kunvent ta’ Tolentinu, u kien għal xi żmien f’Bari, minn fejn fil-bidu tas-seklu XV mar lura Amandola (Ascoli Piceno). Hawnhekk sar superjur tal-kunvent li huwa kabbar u beda jibni knisja ġdida. Iżda ma komplihiex għax miet fil-25 ta’ Jannar 1450.

Dik il-qdusija li kien wera f’ħajtu żdiedet wara mewtu. Fl-1453 il-kadavru tiegħu ġie maqlugħ mill-qabar komuni tal-patrijiet u tpoġġa ġo kaxxa ta’ l-injam fuq altar li ġie dedikat għalik. Il-mirakli wkoll ta’ qawmien mill-imwiet, żdiedu. Fl-1641 poġġewh ġo sarkofagu ta’ l-injam, magħmul minn Domenico Malpiedi, li fil-1897 inbidel f’wieħed tal-irħam li qiegħed fil-kor.

Fil-11 ta’ Lulju 1759 il-Papa Klement XIII għolla lil Antonju mal-beati wara li ġie studjat il-kult tiegħu ab immemorabili u fl-20 ta’ April 1890 il-Papa Ljun XIII ta l-indulġenza plenarja lil dawk li jmorru f’dan is-santwarju.

Agostino M. Giacomini, o.s.a. (+ 1994)*

Hajnal jippreżenta fil-pittura tiegħu lil Beatu Antonju b’wiċċu ‘l fuq lejn is-sema f’kontemplazzjoni t’Alla. Minn naħa l-oħra, kemm il-kumplament tal-bini tal knisja u tal-kunvent li l-beatu qed iżomm fuq ix-xellug, u kemm il-qawmien mill-mewt ħdejn saqajh huma episodji li ġraw wara mewtu. Bħala qofol l-immaġni qed tesprimi l-aspett eskatoloġika ta’ “dak li mhux issa” li għalkemm opposti jiltaqgħu fis-salib, simbolu tal-passjoni u mewt u l-qawmien.

PALMIERI, I., De vita, moribus et miraculis B. Antonii ab A., Macerata 1654; GIORGI, F., OSA., Vita del B. A. d’A., Sanseverino – Marche 1872; CONETTI, N., OSA., Vita e miracoli del B. A. d’ A., Roma 1897 e Tolentino 1911; *PALMIERI, A., OSA., Antoine d’A. (bienheureux), in Dict. d’Hist. Et de Geogr. Eccl. III, Paris 1924, c. 752; *PERINI, D. A., OSA., Bibliographia Augustiniana, Scriptores Itali. I, Firenze 1992, 27, 257; 11, ib. 1931, 120; IV, ib. 1937, 63; CRUCIANI, F., OSA., Vita del B. A. d’A., Amandola 1975.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.