Beatu Anselmo Polanco - 7 ta' Frar

Twieled f’Buenavista de Valdavia (Palencia – Spanja) minn familja ta’ bdiewa. Meta kellu tmintax-il sena daħal fil-kunvent ta’ Valladolid, fejn fl-1897 ħa l-ewwel voti, wara mar fil-kunvent ta’ La Vid (Burgos) fejn kompla l-istudji u ġie ordnat saċerdot fl-1904. Kien għalliem u f’idejh kellu l-formazzjoni ta’ l-istess djar li fihom hu stess ħa l-formazzjoni tiegħu. Fl-1922 ġie magħżul pirjol ta’ Valladolid u fl-1932 sar provinċjal. Hekk huwa għamel vista ta’ tiġdid lir-reliġjużi tal-Filippini, taċ-Ċina, ta’ l-Istati Uniti u tal-Perù. Magħruf għall-ħila tiegħu ta’ għaqda iżda bla ma qatt ħalla barra d-dixxiplina.

Fl-1935 sar isqof ta’ Teruel. Ġejt biex nagħti l-ħajja lin-ngħaġ tiegħi qal  waqt li kien dieħel fid-djoċesi. Wara ftit faqqgħet il-gwerra ċivili u Teruel kien il-post fejn din il-gwerra kienet ħarxa ħafna. Din il-belt li kienet fuq il-fruntiera tal-ġlied ġiet assedjata iżda huwa baqa’ hemm ma ġenb in-ngħaġ tiegħu. Ukoll jekk tibqa’ persuna waħda fil-belt. L-isqof ikun għad għandu l-merħla. L-isqof kien għal kulħadd “il-patri Polanco”, mhux biss għax kien reliġjuż iżda huwa kien il-veru missier u ragħaj tal-poplu.

Fit-8 ta’ Jannar 1938 meta l-belt kienet maħkuma mill-eżerċtu repubblikan Patri Polanco ta’ ruħu bil-libsa ta’ Agostinjan bis-salib fuq sidru u ċ-ċurkett ta’ l-isqof. Bħala priġunier sofra meta riedu jġagħluh ineħħi l-firma tiegħu mill-ittra li kienu kitbu l-isqfijiet ta’ Spanja li fiha huma kkundannaw pubblikament mad-dinja l-persekuzzjoni reliġjuża tal-knisja. Kien jaf li jekk iwebbes rasu kien hemm il-mewt għalih iżda huwa aċċetta dan il-periklu biex ikun jibqa’ fidil mal-għaqda ekkleżjastika ta’ ħutu l-isqfijiet.

Mal-vigarju tiegħu Filippu Ripoll huwa sofra l-ħabs fejn dam tlettax-il xahar u fejn kien jagħmel kuraġġ lill-priġunieri l-oħra u magħhom b’imħabba u meditazzjoni organizza ħajja spiritwali.

Fl-aħħar, fis-7 ta’ Frar 1939 mal-vigarju fidil tiegħu ġie fuċillat u maħruq. Il-fdalijiet tagħhom qegħdin fil-katidral ta’ Teruel.

Fl-1 ta’ Ottubru 1995 ġew ibbeatifikati mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

Fernando Rojo, o.s.a.

FUEYO, A. DEL, OSA., Héroes de la epopeya. El Obispo de Teruel, Barcelona 1941; CAMBLOR, L., OSA., El Obispo-Mártir de Teruel, Madrid 1952; Congregatio de Causis Sanctorum. Terulem. Beatificationis seu declarationis martyrii servorum Dei A. P. Et Philippi Ripoll. Positio super martyrio, Roma 1992; ID., Relatio et vota Congressus peculiaris super martyrio, Roma 1994; *APARICIO, T., OSA., A. P. Al servicio di Dios y de la Iglesia, Madrid 1995; *MARTIN ABAD, J., Dar la vida por amor, Madrid 1995; (it. Roma 1995); ALONSO, C., OSA., El beato A. P., obispo y mártir (1881-1939), Valladolid 1996. Il breve di beatificazione in AAS. 88 (1996) 796-799 e in AOSA. 46 (1997) 7-9.


© 2023 agostinjani.org. All Rights Reserved.