Beatu Andrea ta' Montereale - 18 t'April

Twieled f’Mascioni (l-Aquila) minn familja twajba fl-1402 jew fl-1404 u ta’ 14-il sena daħal fil-monasteru ta’ l-Agostinjani ta’ Montereale. Fl-1431 kien student tat-teoloġija f’Rimini u fis-sena ta’ wara f’Padova u Ferrara u ħa l-gradi ta’ lettur u baċellerat. Fl-1438 ġie mibgħut fl-università ta’ Siena biex jistudja u jispjega l-kotba tas-sentenzi u wara sar għalliem tat-teoloġija.

Fl-1453 sar provinċjal ta’ l-Umbria, kariga le reġa’ ħa fl-1471. Max-xogħol li kellu bħala superjur u għalliem kien ukoll jagħmel affarijiet iżjed delikati u l-Patri Ġeneral ta’ l-Ordni għażlu biex iwaqqaf mill-ġdid id-dixxiplina fil-kunvent ta’ Norcia, Amatrice, Cerreto ta’ Spoleto. Hu bata ħafna minħabba dan ix-xogħol ta’ riformatur.

Billi kien is-superjur u l-pirjol ta’ l-istudju ta’ Siena ma aċċettax żewġ karigi minħabba l-akkużi kontrih li xi reliġjużi bagħtu Ruma. Ma nafux x’kien ir-riżultat ta’ dawn, iżda jidher pożittiv il-ġudizzju li għamel fuqu l-Ġeneral Massari minn Cori, li kien ir-rettur ta’ l-istudju ta’ Perugia li kiteb: “Andrea ġarrab l-inġustizzji iżda dejjem wera paċenzja u maximum ostendit exemplum sanctitatis. Il-fatti li ġew wara juru li fl-1471 ġie magħżul għal darba oħra provinċjal u kellu l-fiduċja u l-istima tas-superjuri għoljin li komplew jinqdew bih biex imexxi ‘l quddiem id-dixxiplina ta’ l-Ordni.

Għadda l-aħħar snin ta’ ħajtu fil-kunvent ta’ Montereale fejn miet f’April tal-1479 u ġie midfun fil-knisja ta’ l-Ordni. Fost il-festi tal-post l-aqwa waħda hija dik li tiġi ċċelebrata fit-13 ta’ Settembru l-ġurnata li fiha fl-1691 huwa għolla idu l-leminija mill-qabar biex iħares lill-pajjiż mit-terrimot.

Fil-11 ta’ Mejju 1764 il-kult tiegħu ġie approvat mill-Papa Klement XIII.

Fernando Rojo, o.s.a.

Acta SS. Aprilis II (Venezia 1738) 612-16 (riporta la “Vita” del Riccetelli del 1581); COTTA, G. B., OSA., Vita prodigiosa del b. A. da M. (Perugia 1776; 2ª ed. Napoli 1824); LÓPEZ, S. – RODRÍDUEZ, M., OSA., De Beato Andrea a Monteregali, OESA. Notate et documenta, Città del Vaticano 1937 (estratto da AA. 16, 113-131); TOMASSINI, M., OSA., Il pastorello di Mascioni: B. A. da M., Roma 1952; TRINCHIERI, R., L’Ordine di S. Agostino nell’Abruzzo Aquilano, Roma 1954 (estratto dal Bull. Della Dep. Abruzzese di Storia patria 3-5, 1941-43, 120,165, 178-200; GUTIERREZ, D., OSA., 1/2 132-133 (it. 205-207); CASTELLANI, C., Insediamenti agostiniani nel reatino, AA. 47 (1984) 249-261; STELLA, V., Un pastorello alla Corte del re. Beato A. da M. Montereale – l’Aquila 1990; Beato A. da M., 1397-1479. VI centenario della nascita, l’Aquila 1997.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.