Mulej, int li dejjem preżenti u qatt m’inti ser tħallini waħdi,
irrid nirringrazzjak tal-ħajja li tislifni ta’ kuljum,
tal-preżenza tiegħek f’ħajti
għaliex mingħajrek żgur li ma nista’ nagħmel xejn.
Mulej, int li l-ħin kollu turini mħabbtek u tħeġġiġli qalbi biex nagħtiha lill-oħrajn ,
Tant tħobbni li għażiltni biex inħalli kollox u nimxi warajk,
irrid nirringrazzjak tal-esperjenzi kollha li għoġbok tipprovdili,
esperjenzi li jkomplu juruni l-kobor u l-qawwa tiegħek.
Mulej, int li għoġbok tagħżilni u tajtni missjoni x’naqdi,
irrid nirringrazzjak għas-sejħa li tagħmilli ta’ kuljum
qawwini sabiex naqdik b’qalbi sħiħa u
nkompli nwasslek u nxandrek b’ħeġġa li ma tintemm qatt.
Mulej, int li tilqa’ u tħaddan miegħek lil kulħadd,
irrid nirringrazzjak talli dejjem lest li tilqagħni b’idejk miftuħa.