Kjara, li kienet ta’ qdusija kbira fil-bidu ta’ l-istorja Agostinjana u li tat esperjenza spiritwali unika u kbira, twieldet f’Montefalco u ta’ sitt snin kienet ġa ħasset is-sejħa għall-ħajja mogħtija ‘l Alla. Meta kienet ġa wriet maturità mhux biss umana iżda wkoll spiritwali mhux tas-soltu daħlet f’kunvent mibni minn missierha għal oħtha l-kbira Ġwanna u sħabha li kienu qegħdin jgħixu ħajja ta’ talb. Fl-1290 dawn il-ftit xbejbiet u Kjara, li kienet ħadet l-isem ta’ “Kjara tas-Salib”, ġew mogħtija s-setgħa li jiffurmaw monasteru bir-regola ta’ Santu Wistin. Is-sena ta’ wara oħtha mietet u Klara ġiet magħżula superjura u baqgħet hekk sa ma mietet.
Meta kienet ġa matura spiritwalment Klara ħasset sejħa għall-esperjenza mhux tas-soltu u wara żmien twil ta’ safa waslet għall-għaqda mistika ma’ Kristu Kurċifiss. Il-ħajja tagħha mwarrba ma żammithiex ‘il bogħod mill-apostolat ta’ għajnuna lil dawk kollha li kienu kollha li kienu jiġu l-monasteru għal xi ħaġa jew oħra. Kienet tieħu sehem fil-Knisja u għalhekk kellha kuntatti ma’ isqfijiet u kardinali. Hija kienet tagħti pariri sew lill-qassisin kif ukoll lir-reliġjużi. Għalkemm hija kważi bilkemm kienet taf tikteb u taqra kixfet u kkundannat it-twemmin ħażin ta’ dawk li kienu mexjin wara Libero Spitito.
Wara li l-Mulej kien naddafha bit-tiġrib li kienet tħoss ġo fiha, rabatha miegħu billi taha s-sinjali tal-Passjoni Tiegħu. Fl-aħħar żmien ta’ ħajjitha kienet tirrepeti u tgħid li Kristu kien daħħalha f’Qalbu. Hekk kif mietet fl-età ta’ 40 sena fis-7 ta’ Awwissu 1308 is-sorijiet li kienu magħha riedu jippruvaw is-sens u l-valur ta’ kliemha u meta qalgħulha qalba sabu fuqha is-sinjali tal-Passjoni. Berengarju, il-vigarju ġenerali ta’ Spoleto li ma setax jemmen mar Montefalco biex jara b’għajnejh l-għejdut tan-nies fuq Kjara li forsi kienu wkoll xi qlajjiet tas-sorijiet. Imma meta ra b’għajnejh sar ammiratur kbir ta’ Klara u kien l-ewwel wieħed li kiteb il-ħajja tagħha kif ukoll kien l-animatur fil-proċess tal-kawża għall-kanonizzazzjoni li sar bejn l-1318 u 1319 miġbur f’486 test. Iżda Klara ġiet mgħollija għall-altari fl-1881 mill-Papa Ljun XIII.
Is-soru Kjara, ukoll jekk wieħed ma jista’ qatt jimitaha, turi l-innoċenza li Alla ġabar fiha qabel ma t-tajn tad-dinja kissirha u ħassarha. Għalhekk fil-persuna ta’ Kjara aħna nerġgħu nsibu dik l-imħabba nadifa u mimlija għall-Mulej, u nintelqu f’idejn Alla biex huwa jkun jista’ joħloq ħlejjaq mhux tas-soltu.
Pietro Bellini, o.s.a.
Acta SS. III Augusti, Venetiis 1752, 676-88; SEMENZA, A., OSA., Vita sanctae Clarae de Cruce, ex codice montefalconensi saeculi XIV desumpta, Città del Vaticano 1944; BEREBGARIO DI DONADIO, Vita di C. da M., Roma 1991; SALA, R., OSA., S. C. della C. La mistica agostiniana di Mondefalco, Roma 1977; GUTIÉRREZ, D. – NESSI, S. – TRAPÈ, A. – ALONSO, C., S. C. M. e il suo ambiente, in AA. 46 (1983) 331-410; MENESTÒ, E., ed., il processo di canonizzazione di C. da M., Perugia-Scandicci 1984; La spiritwalità di S. C. da M. Atti del I Congresso di studio, Montefalco, 8-10 agosto 1985, Montefalco1986; SALA, R., OSA., C. da M., in Dizionario di Mistica, Città del Vaticano 1998, 292-93; NESSI, S., Le colline della Speranza. C. da M. Il mistero del cuore, Città di Castello 1999.