Twieled f’Oropesa (Toledo, Spanja u għamel l-ewwel studju f’Talavera u mbagħad serva ta’ seise (tifel tal-kappella mużikali) fil-katidral ta’ Toledo. Hemm studja l-mużika li kienet għal qalbu ħafna. Bagħtuh fl-Università ta’ Salamanca u hemm ħass il-ġibda lejn il-qdusija tal-kunvent ta’ Santu Wistin, daħal ma’ l-Ordni u għamel il-professjoni fl-1523 f’idejn San Tumas ta’ Villanova.
Kellu ħafna karigi u għalkemm kien jgħix ħajja mingħajr frugħat huwa kien jikkmanda b’kapaċità li tifhem u tagħder. Fl-1547 ipprova jmur il-Messiku bħala missjunarju iżda taħ attakk ta’ l-artrite u ma marx. Fl-1554 meta kien superjur tal-kunvent ta’ Valladolid kien magħżul bħala l-predikatur ta’ l-imperatur Karlu V u wara tar-re Filippu II. Fl-1560 meta l-poter irjali mar Madrid huwa ġie stabbilit fil-kunvent ta’ l-Agostinjani ta’ dik il-belt u kien magħruf bl-isem ta’ San Filippu r-Reale.
Kien populari ħafna man-nies mwarrba għaliex kien jagħmilha ma’ kulħadd mingħajr distinzjoni. Ħafna nies ta’ poter u ta’ kultura bħalma huma l-kittieba Francisco Gomez de Quevedo (1580-1645) u Lope de Vega (1562-1635) taw is-xhieda tagħhom fil-proċess għall-kanonizzazzjoni tiegħu. Għalkemm kien jagħmilha ma’ dawn il-kbarat ma bidilx ħajtu għax il-poplu kien iħobbu billi hu kien f’nofshom jgħin il-fqar, il-morda u l-ħabsin fil-bżonnijiet tagħhom kollha.
Kiteb ħafna xogħlijiet hemm bil-Latin kif ukoll bil-Kastiljan u ta’ min isemmi: Vergel de oración de contemplación (1544), Desposorio espiritual (1551), Bonum certamen (1562), Arte de amar a Dios y al próximo (1568), De la córona de Nuestra Señora (1588). Il-kitba tiegħu bħal għemilu ħarġu mill-kontemplazzjoni u mill-qari tal-Bibbja. Billi kien devot ta’ Marija kien konvint li kien qed jikteb b’ordni tagħha.
Kien iħobb ħafna l-Ordni u kien jinteressa ruħu fl-istorja tiegħu li jġiegħel il-qarrejja tiegħu jimitaw l-aħjar nies ta’ l-Ordni. Bħala predikatur tar-re kellu ħafna privileġġi iżda huwa dejjem warrabhom u kien iġib ruħu ta’ patri sempliċi u jieħu sehem bla waqfien fil-komunità.
El Santo de S. Felipe miet fl-1591 u l-fdalijiet tiegħu qegħdin fil-monasteru ta’ Madrid tas-Sorijiet Agostinjani tal-klawsura li waqqaf hu stess.
Ġie beatifikat fl-1882 u l-Papa Ġwanni Pawlu II għamlu qaddis fl-2002.
Miguel Ángel Orcasitas, o.s.a.*
CÁMARA, T., OSA., Vida y escritos de B. A. de O., Valladolid 1882 (trad. ted. 1885; ingl. 1895); VELA, VI, 96-169; BURÓN, C., OSA., “El Santo de S. Felipe.” Vida del B. A. de O., Madrid 1981; APARICIO, T., OSA., Fray A. de O., hombre sabio y santo, Valladolid 1991; *RUBIO, L., OSA., ed. B.A. de O., OSA. Información sumaria del proceso del beatificación. Tom. II/1 e II/2. Información plenario del proceso de beatificación. Tom. III, El Escorial – Madrid 1991; *ID., Biografía B. A. de O., ivi 1991; ID., El B. A. de O., hombre de letras. Indice de sus escritos y su significación como autor, ivi 1992; *ALZCANO, R., OSA., Figura y obra de A. de O. Actas de las jornadas del-IV Centenario de su muerte, Madrid 1992; Congregatio de Cansis Sanctorum Canonizationis B. Alphonsi de O. Positio super miraculo, Roma 2000.
*Riassunto integra della lettera circolare En el IV centenario de la muerte del B. A. de O., Roma 19 sett. 1991, in AOSA. 39 (1992) 84-87.