F’Rieti kien hemm ġuvni reliġjuż li kien jismu Ġwanni. Kien sempliċi, umli, dejjem ferħan, u kien bħall-patrijiet l-oħra f’kollox, sew jekk hu ikel jew xorb, iżda kellu karattru partikulari.
Kien iħobb ħafna l-patrijiet, kien jgħix magħhom b’dik il-karità li la bil-kliem u lanqas bl-għemil qatt ma mar kontra r-regoli ta’ l-imħabba tal-proxxmu. Kien jittratta ‘l kulħadd b’imħabba, fuq kollox lill-morda u lill barranin, kien jaħslilhom saqajhom u jlibisshom , kien ukoll jagħtihom ħwejjeġ u kollox kien jagħmel f’ferħ kbir.
Ta’ sikwit kien ikun waħdu fil-ġnien tal-kunvent u wara li joħroġ minn hemm wieħed kien jinduna li huwa beka ħafna. Darba saqsewh għaliex kien jibki u hu qalilhom għax jara li l-ħaxix, is-siġar, l-għasafar u l-art kollha bil-frott tagħhom. Kienu jobdu ‘l Alla waqt li l-bniedem li għalihom ġiet mwiegħda l-ħajja ta’ dejjem għall-ubbidjenza tagħhom, ma kinux jobdu l-liġi tal-Ħallieq tagħhom. Għalhekk, qalilhom, nibki. Ġara li qabel mewtu għasfur (rużinjol) kien jiġi jgħanni fit-tieqa tiegħu. Il-patrijiet stagħġbu b’dan il-fatt u saqsewh jispjegalhom din l-biċċa u b’daħka biex jiċċajta qalilhom li dik kienet l-għarusa tiegħu li kienet qed tistiednu għall-ġenna.
Darba waqt li kien qed iservi fil-quddiesa ra dawl tas-sema fuq l-altar u waqa’ marid u wara miet. Wara mewtu, bdew isiru ħafna mirakli bl-interċessjoni tiegħu li fl-ewwel sena kienu jgħoddu 150.
Giordano di Sassonia, o.s.a. (+ 1380)
“Ġwanninu” twieled għall-ħabta tal-1315/8 f’Castel Porchiano viċin Amelia fl-Umbria. Daħal ma’ l-Ordni meta kien għadu żgħir, ġie mibgħut Rieti fejn baqa’ sa mewtu fl-1336(?). Il-fdalijiet tiegħu qegħdin fil-knisja ta’ Santu Wistin f’Rieti.
Fl-1832 il-Papa Gregorju XVI għamlu beatu.
HERRERA, I 371 s.; TORELLI, L., OSA., Secoli agostiniani V 572-77; Sacra Rituum Congregazione. Confirmationis cultus immemorabilis B. Joannis de Reate, Romae 1832; CAPANAGA, V., OAR., El Beato Juan de R. Borrones de una semblanza, Zaragoza 1938; *GIACOMINI, A,M., OSA., B., G., di Castel Porchiano, beato, in BS. III, Roma 1962 (rist. 1983), c. 588-589; ABRESMANN, R., OSA., A Legendry of Early Augustinian Saints, in AA.29 (1966) 29-33; GUTIÉRREZ, D., OSA I/1, 161-162 (trad. it. 320-32).
*Liber Vitasfratrum, II 5; ed. Arbesmann, R.- Hümpfner, W., OSA., New York 1943, 105 106 (traduzzjoni integra).