L-ewwel awtur li kiteb fuq il-ħajja u fuq id-devozzjoni lejn il-Beatu Guliermu kien il-pajżan tiegħu Nikola Bertran fil-ktieb De Tholosanorum gestis ippublikat fis-sena 1515, fejn ġabar tradizzjonijiet li seħħew f’Toulouse u probabbilment xi kitbiet li nstabu.
Minn dan il-ktieb nafu li Guliermu twieled f’Toulouse fi Franza għall-ħabta tal-1297 ġo familja nobbli u li meta kellu dsatax-il sena daħal ma’ l-Agostinjani ta’ beltu. Ġie mibgħut Pariġi biex ikompli l-istudji u ħa t-titlu ta’ lettur tat—teoloġija. Meta reġa’ lura fil-provinċja tiegħu ġie mogħti x-xogħol tal-predikazzjoni u b’hekk għamel isem bħala oratur, direttur ta’ l-erwieħ, jaqra l-qlub u promotur għad-devozzjoni lejn l-Erwieħ tal-Purgatorju.
Il-ħajja tgħidilna li kellu għall-qalbu t-talb, il-kontemplazzjoni u li kien jitħaddet m’Alla. Din turina ż-żelu tiegħu, is-sawm u t-taqbid li kien ikollu max-xitan, miegħu nnifsu u anki bħala eżorċista. Tgħidilna wkoll fuq xi mirakli li wettaq sew f’ħajtu kif ukoll wara mewtu.
Barra minn perjodu qasir li hu kien bħala Pirjol tal-kunvent ta’ Pamiers jidher li l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu kien għaddieha fil-kunvent ta’ Toulouse fil-kwartier ta’ Saint-Etienne fejn f’dawk iż-żminijiet kien hemm il-kapitlu ġenerali ta’ l-Ordni.
Miet f’Toulouse fl-1369 u midfun fiċ-ċimiterju konventwali, iżda xi ġranet wara meta raw il-venerazzjoni tan-nies lejh il-fdalijiet tiegħu ġew meħuda fil-knisja għall-qima tan-nies.
Fl-1893 il-Papa Ljun XIII għamlu beatu.
Fernando Rojo, o.s.a.
Acta SS. Maii IV, Venetiis 1740, 197-203 (con la “Vita” di N. Bertrand); BAURENS DE MOLINIER, L., Histoire de la vie e du culte de Saint Guillaume de Toulouse, Toulouse 1893; Sacra Rituum Congregatione. Positio super culto immemorabili praestito B. Guillelmo a Tholosa, Romae 1893; MATTIOLI, N., OSA., B. G. da Tolosa. Cenni storiċi, Roma 1894; PLATELLE, H., G. di T., beato BS. VII, Roma 1966 (rist. 1988) c. 486-87; SALIES, P., Les Augustins. Origine, construction et vie du Grand Couvent toulouain au moyen âge (XIII – XVI siècles), Toulouse 1980, 58-89.