Twieldet f’Torriglia (Genova), kellha karattru sod, kienet tħobb it-talb u l-ġabra iżda kienet ukoll mimlija ħajja u ċajtiera dejjem lesta biex taħtaf il-mument li fih tagħmel xi ħaġa tajba. Il-ħajja fil-monasteru daħlet f’qalbha iżda kellha titlob ħafna u tbati sakemm daħlet fl-oasi li Alla kien sejħilha għalih.
Il-monasteru ta’ Santa Rita ta’ Cascia laqagħha bħala postulanta meta kellha 25 sena fis-6 ta’ Ġunju 1906. Fil-lejl tal-Milied offriet żgħożitha lill-Mulej u ħadet il-libsa Agostinjana. Sena wara fl-istess festa ħadet il-voti reliġjużi u daħlet għas-sagrifiċċju. Mill-1914 kienet il-majjistra tan-novizzi li ħadu minnha eżempju u kelma soda. Mill-1917 sal-1920 Alla sejħilha biex tieħu f’idejha x-xogħol iżjed serju ta’ Vigarja. Mill-1920 sa ma mietet b’vot unanimu, tliet snin wara tliet snin is-sorijiet riduha bħala badessa u saret tissejjah il-“Madre”.
Ix-xogħol tagħha bħala superjura kien ta’ xhieda ċara, ħajja u kbira ta’ kemm kienet taf tmexxi. Fost qabel kollox naraw it-Tempju ta’ Santa Rita u t-tixrid tal-qima lejn din il-qaddisa mad-dinja kollha. Il-knisja żgħira u qadima ta’ din il-qaddisa tal-mirakli li hi sabet meta daħlet l-ewwel darba fil-monasteru u li fiha kien hemm il-ġisem tal-qaddisa kienet kważi minsija. Illum il-bażilka hija l-post fejn imorru mijiet ta’ eluf ta’ pellegrini minn kull parti tad-dinja li jimxu fuq il-ħajja tal-qaddisa permezz tar-rivista Delle api alle rose, li din il-madre stess bdiet toħroġ fl-1923. Bis-saħħa ta’ Santa Rita ħafna jersqu lejn Alla. Kienet il-ħolma tal-madre li f’ittra tal-1943 hija xtaqet li tieqaf il-gwerra dinjija u qalet: Nittamaw li l-Mulej jagħtina l-grazzja li jkollna l-paċi u Cascia tara poplu bla daqs kollu mimli bil-grazzja.
Ħdejn it-tempju ġabret l-orfni bniet li kienu ħafna u llum joqogħdu fil-post modern “Alveare di Santa Rita”. Madwar il-monasteru twaqqfu opri kbar: l-isptar ta’ Santa Rita u d-dar ta’ l-eżerċizzi. L-ispirazzjoni tagħha, Madre Tereza sabitha fl-imħabba u fit-tbatija.
Il-ġisem dgħajjef tagħha kien il-kalvarju dewwiemi, iebes u twil, iżda l-ispirtu tagħha kien dejjem lest biex jilqa’ kollox sa l-aħħar. Hija marret lura għand il-Missier fit-8 ta’ Jannar 1947 u l-fdalijiet tagħha huma fil-kripta viċin dawk tal-qaddisa li hija ħabbet u li qegħdin jistennew il-glorja.
Atanasio Angelini, o.s.a. (+ 1987)
Hija ġiet beatifikata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fit-12 t’Ottubru 1997.
ANGELINI, A., OSA., Pedestinata, [Terni 1968]; *VINCENTI, A., OSA., La erva di Dio Madre M. T. F. (1881-1947), Badessa agostiniana grande promotora del cultu di S. Rita, Terni [1988]; Congregatio de Causis Sanctorum. Nursina. Canonizationis Servae Dei Mariae Teresiae F. Positio super virtutibus, Roma 1989; SICCARDI, C., Maria Tesesa alla conquista di Cascia. L’ineffabile avventura dell’erede di S. Rita, Cavalmaggiore 1993; Congregatio de Causis Sanctorum. Relatio et vota Congressus peculiaris super virtutibus die 17 ianuari an, 1995 habiiti, Roma 1995. Il breve di beatificazione in AAS. 91 (1999) 340-342 e in AOSA. 49 (1999) 6-8.